Delta tax-xmara Kızılırmak

sit Ramsar fit-Tramuntana tat-Turkija

Id-Delta tax-xmara Kızılırmak (bit-Tork: Kızılırmak Deltası) hija l-bokka tax-xmara Kızılırmak. Hija l-ikbar art mistagħdra fir-reġjun tal-Baħar Iswed[1] u hija wieħed mis-siti Ramsar importanti rikonoxxuti internazzjonalment fit-Turkija.[2] L-ewwel u t-tieni pjanuri kollha tad-delta u l-biċċa l-kbira tat-tielet pjanura tad-delta huma ddominati mill-agrikoltura.[3] Hija importanti għall-bijodiversità tal-pjanti u tal-għasafar.[4] Tinsab madwar 40 kilometru minn Samsun.[5]

Id-Delta tax-xmara Kızılırmak

Uħud mil-lagi għandhom ilmijiet ewtrofiċi minħabba t-tniġġis mill-agrikoltura.[6]

 
Veduta tad-delta mill-pont li jaqsam minn naħa għall-oħra tax-xmara

Bijoloġija

immodifika

Għasafar

immodifika

Fid-Delta tax-xmara Kızılırmak jitnisslu ċ-ċikonji bojod[7] u jgħixu bosta speċijiet oħrajn, fosthom il-gallozza ta' rasha griża u r-russett abjad. Fid-delta hemm ukoll post fejn l-għasafar jitlibbsu ċrieket xjentifiċi ma' saqajhom għat-traċċar.[8]

Fost l-ispeċijiet ta' rettili li nstabu fid-delta huma l-fekruna tal-art Griega, il-fekruna tal-ilma ħelu Ewropea, il-gremxula Darevskia saxicola, il-gremxula ħadra Ewropea, il-gremxula ħadra tal-Balkani, id-dud, is-serp Ewropew Telescopus fallax, is-serp tal-Kaspju, is-serp tal-kullar, is-serp Natrix tessellata, u l-lifgħa tal-qrun.

 
Mappa Ottomana li turi d-delta tax-xmara

Mid-disa' speċijiet ta' anfibji li jinstabu fid-delta, żewġ speċijiet huma salamandri u seba' speċijiet huma żrinġijiet. L-ispeċijiet ewlenin fiż-żona huma s-salamandra tal-istrixxi (Triturus vittatus), is-salamandra raffa (Triturus karaelinii), ir-rospu tal-qoxra, ir-rospu (Bufo bufo), ir-rospu aħdar (Bufo viridis), iż-żrinġ tas-siġar (Hyla arborea), iż-żrinġ tal-ħamrija, iż-żrinġ aġli (Rana dalmatin), u r-rospu ta' Uludağ (Rana macrocnemis).

Ġlejjeb żgħar tal-isturjun ġew osservati fl-estwarju u jaf xorta jippruvaw jitilgħu l-kurrent tax-xmara.[9]

Minn studju tal-2020 ħareġ li fil-kanali tax-xmara hemm id-dranaġġ u t-tniġġis agrikolu.[10] Membri tal-ġendarmerija jiġu stazzjonati biex jipprevjenu l-kaċċa illegali.[11] L-ippumpjar tal-ilma tal-pjan qed jikkawża wkoll l-intrużjoni tal-ilma baħar.[12]

Ġestjoni

immodifika

Xi prattiki tradizzjonali jgħinu bil-ġestjoni tad-Delta tax-xmara. Pereżempju l-użu tal-bufli tal-ilma u d-dgħajjes tas-sajd jgħinu biex il-konnessjonijiet bejn il-lagi jibqgħu miftuħin.[13]

Fost il-festivals li jiġu organizzati hemm il-festa taċ-ċikonji, ir-rilaxx tal-bufli fir-rebbiegħa, u t-tnissil tan-nagħaġ.[13] Tradizzjonalment jitqies li huwa dnub li wieħed joqtol ċerti annimali u pjanti s-sena kollha jew inkella f'ċerti żminijiet tas-sena.[13] Fl-2016 id-delta tax-xmara tniżżlet bħala sit indikattiv tat-Turkija biex xi darba fil-ġejjieni tiġi nnominata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5]

Iktar qari

immodifika
  • Natural Protected Areas of the Wetland and Bird Paradise in the Kizilirmak Delta in Samsun: 2019-2023 Management Plan[14], Environment Ministry.
  • Scaramelli, Caterina. How to Make a Wetland: Water and Moral Ecology in Turkey.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Black Sea sites" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-04-14. Miġbur 2022-03-23.
  2. ^ "Kizilirmak Delta | Ramsar Sites Information Service". rsis.ramsar.org. Miġbur 2022-03-23.
  3. ^ Ozesmi, Uygar (2006). "Ecosystems in the Mind: Fuzzy Cognitive Maps of the Kizilirmak Delta Wetlands in Turkey".
  4. ^ "Kızılırmak Delta | Doğa Derneği". web.archive.org. 2014-04-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-14. Miġbur 2022-03-23.
  5. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Kızılırmak Delta Wetland and Bird Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-23.
  6. ^ "Ramsar Info Sheet" (PDF).
  7. ^ Yavuz, Kiraz Erciyas; Yavuz, Nizamettin; Tavares, José; Barış, Y. Sancar (2012). "Nesting habits and breeding success of the White Stork, Ciconia ciconia, in the Kızılırmak delta, Turkey". Zoology in the Middle East. 57: 19–26.
  8. ^ Özkoç, Ömral Ü.; Oğuz, Deniz; Nacar, Can; Erciyas-Yavuz, Kiraz; Barış, Y. Sancar (2020-01-02). "Red-flanked Bluetail Tarsiger cyanurus recorded at the Turkish Black Sea coast for the first time". Zoology in the Middle East. 66 (1): 91–93.
  9. ^ "Biological Data Derived from Sturgeon (Acipenser stellatus, Acipenser gueldenstaedtii and Huso huso) by-catch along the Coasts of the Southern Black Sea (Turkey). Turkish Journal of Fisheries and Aquatic Sciences" (PDF).
  10. ^ Şener, Şehnaz; Şener, Erhan; Varol, Simge (2020-11-01). "Hydro-chemical and microbiological pollution assessment of irrigation water in Kızılırmak Delta (Turkey)". Environmental Pollution. 266 (Pt 1): 115214. ISSN 0269-7491.
  11. ^ DHA. "Kızılırmak Deltası'nı, atlı jandarma timi koruyor". Hürriyet (bit-Tork). Miġbur 2022-03-23.
  12. ^ Ersoy, Arzu FIRAT; Turan, Nazlı AYYILDIZ; Özgül, Hava YILDIZ (2020-10-15). "Kızılırmak Delta Kıyı Alanındaki Tuzlanma Sürecinin Stuyfzand Hidrojeokimyasal Modelleme Sistemi ile Değerlendirilmesi". Gümüşhane Üniversitesi Fen Bilimleri Enstitüsü Dergisi (in Turkish). 10 (4): 949–960. ISSN 2146-538X.
  13. ^ a b ċ Gül, Seyfullah (2020). "Kızılırmak Deltasında Yazılmamış Kanunlar: Bir Sulak Alanın Korunmasında Geleneksel Ekolojik Bilginin Rolü". International Journal of Geography and Geography Education. 25 (42): 321–324. ISSN 2630-6336.
  14. ^ "Il-Pjan ta' Ġestjoni" (PDF).