Dar il-Parlament huwa l-post fejn jiltaqa' l-Parlament ta' Malta li jinsab fil-Belt Valletta, f'Malta. Il-bini nbena bejn l-2011 u l-2015 fuq disinni ta' Renzo Piano bħala parti mill-Proġett ta' Bieb il-Belt, li kien jinkludi wkoll il-bini ta' Bieb il-Belt ġdid u l-konverżjoni tal-fdalijiet tat-Teatru Rjal f'teatru fil-miftuħ. Il-kostruzzjoni ta' Dar il-Parlament ħolqot kontroversja konsiderevoli, l-aktar minħabba d-disinn modern tal-bini u l-ispiża tal-kostruzzjoni, li ammontaw għal madwar 90 miljun.

Dehra ta' Dar il-Parlament

Mill-1921 sal-1976, il-post fejn kien jiltaqa' l-Parlament ta' Malta kienet il-Kamra tal-Arazzi tal-Palazz tal-Gran Mastru, ukoll fil-Belt Valletta. Fl-1976, l-eks-armerija tal-istess palazz ġiet ikkonvertita f'parlament ġdid, u hemmhekk saru laqgħat sal-ftuħ tad-Dar tal-Parlament li nbniet apposta fl-4 ta' Mejju 2015.

Ħoloq esterni

immodifika