Carmelo Scicluna

arċisqof Malti

Carmelo Scicluna (3 ta’ Awwissu 1800 – 12 ta’ Lulju 1888) kien prelat u konti Malti li serva bħala Arċisqof Titulari ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta mill-1875 sal-1888.[1]

Carmelo Scicluna
isqof ta ’Malta

15 Marzu 1875 -
Gaetano Pace Forno - Pietro Pace
Dioceses: djoċesi ta' Malta
arċisqof titulari

15 Marzu 1875 -
Dioceses: titular see of Rhodus (en) Translate
Arċisqof Kattoliku

Ħajja
Twelid Ħal Qormi, 3 Awwissu 1800
Nazzjonalità Malta
Mewt 12 Lulju 1888
Post tad-dfin Katidral ta’ San Pawl
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

Scicluna twieled Ħal Qormi fit-3 ta’ Awwissu 1800. Ġie ordnat saċerdot fl-1824 u 51 sena wara ġie kkonsagrat bħala Isqof ta’ Malta mnn Francesco Convert, Arċisqof ta’ Reggio Calabria.[2] Inħatar ukoll bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Rodi.

Fl-1880 l-Arċisqof Scicluna ordna li minn dik is-sena, il-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira ssir nhar il-Ġimgħa minflok Ħamis ix-Xirka.[bżonn referenza]

L-Arċisqof Scicluna miet fit-12 ta’ Lulju 1888, fl-età ta’ 87 sena. Kien ilu 13-il sena Isqof ta’ Malta. Il-funeral tiegħu sar fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta u ġie midfun fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.[3]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Morana, Martin (2011). Bejn Kliem u Storja . Malta: Books Distributors Limited. ISBN 978-99957-0137-6. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 October 2016.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. ^ "Archbishop Carmelo Scicluna [Catholic-Hierarchy]". www.catholic-hierarchy.org. Miġbur 15 February 2014.
  3. ^ FUNERAL OF THE BISHOP OF MALTA, The Tablet, London, 28 July 1888. Retrieved on 15 February 2014.