Sir Pietro Pace (9 ta’ April 1831 – 29 ta’ Lulju 1914) kien prelat Malti li serva bħala Arċisqof Titulari ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta mill-1889 sa mewtu fl-1914[1].

Pietro Pace
isqof ta ’Malta

11 Frar 1889 - 29 Lulju 1914
Carmelo Scicluna - Mauro Caruana (en) Translate
Dioceses: djoċesi ta' Malta
arċisqof titulari

11 Frar 1889 -
Dioceses: titular see of Rhodus (en) Translate
isqof ta' Għawdex

12 Marzu 1877 - 11 Frar 1889
Antonius Grech Delicata Testaferrata (en) Translate - Giovanni Maria Camilleri (en) Translate
Dioceses: djoċesi ta' Għawdex
Arċisqof Kattoliku

Ħajja
Twelid Rabat, 9 April 1831
Nazzjonalità Malta
Mewt Rabat, 29 Lulju 1914
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku

Bijografija

immodifika

Pietro Pace twieled ir-Rabat,Għawdex fid-9 ta’ April 1831 u tgħammed fl-istess jum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Ġie ordnat saċerdot fl-1853 u ġie kkonsagrat bħala t-tielet Isqof ta’ Għawdex fil-Bażilika ta’ Sant’Ambrogio e Carlo al Corso f’Ruma mill-prelat Ingliż, Edward Henry Cardinal Howard, fit-8 ta’ April 1877. Huwa serva bħala Isqof t’Għawdex sa 1889 meta ġie trasferit għal Isqof ta’ Malta wara l-Arċisqof Carmelo Scicluna. Inħatar ukoll bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Rodi.[2]

L-Isqof Pace miet fir-Rabat, Għawdex, fid-29 ta’ Lulju 1914.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "D - kliemustorja". web.archive.org. 2016-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-10-05. Miġbur 2024-12-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Petrus Pace". gozodiocese.org (bl-Ingliż).