Bruno Pesaola
Bruno Pesaola (twieled fit-28 ta' Lulju 1925 – miet fid-29 ta' Mejju 2015) kien plejer u kowċ tal-futbol Taljan-Arġentin. Hu hu l-aktar famuż għaż-żmien li qatta' ma' Napoli, kemm bħala plejer u kif ukoll bħala kowċ.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Bruno Pesaola | ||
Twelid | 28 ta' Lulju 1925 Buenos Aires, Arġentina | ||
Mewt | 29 ta' Mejju 2015 (89 sena) Napli, Italja | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1939–1944 | River Plate | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1945–1946 | Dock Sud | ||
1947–1950 | Roma | ||
1950–1952 | Novara | ||
1952–1960 | Napoli | ||
1960–1961 | Genoa | ||
1961–1962 | Scafatese | ||
Tim nazzjonali | |||
1957 | Italja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1962–68 | Napoli | ||
1968–1971 | Fiorentina | ||
1972–1976 | Bologna | ||
1976–1977 | Napoli | ||
1977–1979 | Bologna | ||
1979–1980 | Panathinaikos | ||
1980–1981 | Siracusa | ||
1982–1983 | Napoli | ||
1983–1985 | Puteolana |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaBruno Pesaola beda l-karriera tiegħu mal-klabb taż-żgħażagħ tar-River Plate. F'nofs is-snin erbgħin ingħaqad mat-tim Taljan tar-Roma, fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant veloċi u miċidjali. Wara li kien weġġa' t-tibja u l-fibula wara daħla minn avversarju fil-konfront tas-26 ta' Frar 1950 kontra Palermo, Pesaola kellu jħalli 'l-klabb tal-kapital fl-aħħar tal-istaġun.
Għal żewġ staġuni lagħab ma' Novara, fejn jibqa' mfakkar għall-gowl li skorja kontra t-tim tal-Juventus fid-29 ta' April 1951 fir-rebħa ta' 3–1 li kienet l-ewwel rebħa interna tal-klabb kontra t-tim minn Turin għal ħdax-il sena. Wara ngħaqad ma' Napoli, fejn mat-tim ta' Napli sar wieħed mill-plejers simboliċi fit-tmien snin li kien mal-klabb. Bejn l-1953 u l-1960 kien ingħata l-faxxa ta' kaptan tat-tim.
Nazzjonal
immodifikaMinkejja li twieled l-Arġentina, hu ddebutta mat-tim nazzjonali Taljan f'Liżbona kontra l-Portugall fir-rebħa ta' 3–0 tas-26 ta' Mejju 1957. Barra minn hekk lagħab sitt logħbiet mat-tim nazzjonali B.
Kowċ
immodifikaL-ewwel esperjenza tiegħu ta' kowċ kienet ma' Scafatese fejn kopra wkoll ir-rwol ta' plejer. Fl-1962, ġie magħżul biex jissostitwixxi lil Fioravante Baldi bħala l-kowċ il-ġdid ta' Napoli li kienu jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni tas-Serie B. Hu mhux biss irnexxielu jeħles lit-tim minn qiegħ il-klassifika, imma kiseb il-promozzjoni għas-Serie A. Man-Napoli rebaħ l-ewwel Coppa Italia, l-ewwel trofew Ewropew (it-Tazza tal-Alpi tal-1966) u wassalhom għat-tieni post fl-1968. Mal-Fiorentina rebaħ l-ewwel scudetto fl-1968–69, rebaħ Coppa Italia mal-Bologna fl-1974 u man-Napoli (fit-tielet esperjenza tiegħu mal-klabb) salvahom għal darb'oħra minn relegazzjoni ċerta.
Ħoloq esterni
immodifika- Bruno Pesaola fuq National-Football-Teams.com