Blagoje Marjanović
Blagoje "Moša" Marjanović (twieled fid-9 ta' Settembru 1907 – miet fl-1 ta' Ottubru 1984) kien plejer u kowċ tal-futbol Jugożlav.
It-tim nazzjonali tal-Jugożlavja fl-ewwel Tazza tad-Dinja. Marjanović huwa t-tieni wieħed mix-xellug fl-ewwel ringiela. | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 9 ta' Settembru 1907 Belgrad, Serbja | ||
Mewt | 1 ta' Ottubru 1984 (77 sena) Belgrad | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1912–1920 | Jugoslavija | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1920–1925 | Jugoslavija | ||
1925 | SK Olimpija | ||
1925–1939 | BSK Beograd | ||
1939 | Jugoslavija | ||
1939–1941 | Čukarički | ||
1945–1948 | Dinamo Pančevo | ||
1949 | Proleter Osijek | ||
Tim nazzjonali | |||
1926–1938 | Jugożlavja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1953–1956 | BSK Beograd | ||
1957–1958 | Torino | ||
1958–1959 | Calcio Catania | ||
1953–1956 | Pobeda |
Bijografija
immodifikaMarjanović lagħab ma' BSK Beograd bejn l-1926 u l-1939 fejn rebaħ ħames kampjonati u fi tlieta minnhom spiċċa bħala l-aqwa skorer. Mat-tim nazzjonali Jugożlav iddebutta fit-28 ta' Ġunju 1926 f'logħba ta' ħbiberija mitlufa kontra ċ-Ċekoslovakkja li ntlagħbet f'Żagreb. L-ewwel gowls tiegħu man-nazzjonal wasal fil-15 ta' Mejju 1927, b'doppjetta kontra l-Bulgarija. Matul il-karriera internazzjonali skorja 37 gowl fi 58 logħba, li kien rekord mhux mittiefes sakemm Stjepan Bobek skorja 38 gowl fi 63 logħba. Hu ħa sehem fl-Olimpjadi tal-1928 li saru f'Amsterdam[1] u fl-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj.[2] F'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja l-Jugożavlja spiċċat semifinalista u Marjanović ħalla l-marka b'gowl kontra l-Bolivja.[3] Mar-ritorn tiegħu mill-Amerika t'Isfel, hu u Aleksandar Tirnanić saru l-ewwel plejers tal-futbol professjonali fil-Jugożlavja.[4]
Il-karriera tiegħu bħala kowċ l-ewwel bidet ma' Proleter Osijek, imbagħad ingħaqad ma' OFK Beograd fejn magħhom rebaħ it-tazza nazzjonali fl-1955. Fl-1956 serva bħala kowċ fil-kampjonat Taljan, l-ewwel ma' Torino u sena wara ma' Catania.
Wara logħba fl-1961, Moša sofra puplesija u qatt ma seta' jitkellem iktar u n-naħa leminija ta' ġismu kienet paralizzata. Hu miet fl-1984.
Unuri
immodifikaPlejer
immodifikaKlabb
immodifika- SK Jugoslavija
- Prva Liga: 1924
- BSK Beograd
- Prva Liga: 1930–31, 1932–33, 1934–35, 1935–36, 1938–39
- Tazza Jugożlava: 1934
Internazzjonali
immodifika- Jugożlavja
- Tazza tal-Balkani: 1934–35, 1935
Kowċ
immodifika- BSK Beograd
- Tazza Jugożlava: 1955
Referenzi
immodifika- ^ "Blagoje Marjanović" (bl-Ingliż). Olympedia. Miġbur 2022-08-20.
- ^ "Ексклузивно: Како се Моша спремао за Монтевидео" [Esklussiva: Kif Moša ipprepara għal Montevideo] (bis-Serb). Radio Television of Serbia (RTS). 2012-02-18. Miġbur 2022-08-20.
- ^ "Kada su fudbaleri primili prve plate" [Meta l-plejers tal-futbol irċevew l-ewwel pagi] (bis-Serb). Blic. 2010-01-17. Miġbur 2022-08-20.
- ^ "Serbia's 10 most legendary footballers" (bl-Ingliż). 2018-07-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-25. Miġbur 2022-08-20.
Ħoloq esterni
immodifika- Blagoje Marjanović fuq National-Football-Teams.com
- Blagoje Marjanović – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)