Aleksandar Tirnanić

Aleksandar "Tirke" Tirnanić (bis-Serb: Александар Тирке Тирнанић; twieled fil-15 ta' Lulju 1910 – miet fit-13 ta' Diċembru 1992) kien plejer u kowċ tal-futbol Serb.

Aleksandar Tirnanić
Informazzjoni personali
Twelid15 ta' Lulju 1910(1910-07-15)
Krnjevo, Renju tas-Serbja
Mewt13 ta' Diċembru 1992 (82 sena)
Belgrad
RwolMidfilder laterali
Mixtliet
1923SK Olimpija
1924SK Jugoslavija
1924–1927BSK Beograd
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1937BSK Beograd
1937–1938SK Jugoslavija
1938–1939BASK
1939–1941Jedinstvo Beograd
1942–1943Sloga Belgrade
Tim nazzjonali
1929–1940Renju tal-Jugożlavja
Timijiet ikkowċjati
1953–1960Jugożlavja

Karriera immodifika

Imwieled fir-raħal ċentrali ta' Krnjevo, Tirnanić kien għadu żgħir meta familtu ta' ħaddiema mxew lejn il-kapitali Belgrad. Missieru miet fl-1914 mal-armata Serba fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Imrobbi m'ommu, Tirnanić mal-ewwel beda juri l-ħeġġa tiegħu lejn il-logħba tal-futbol fejn kien jilgħab fi pjanuri ta' Bara Venecija. Il-kowċ Radenko Mitrović ġabu fl-istruttura taż-żgħażagħ ta' SK Jugoslavija, però iktar ftit wara ngħaqad mar-rivali lokali ta' BSK fejn mal-ewwel żviluppa bħala midfilder laterali ta' saħħa.

Ta' sbatax-il sena lagħab l-ewwel logħba tiegħu, fejn maż-żmien ifforma koppja f'nofs il-grawnd ma' Blagoje Marjanović. Tirnanić lagħab iktar minn 500 logħba għal BSK Beograd. Fl-1937 issieħeb ma' SK Jugoslavija fejn lagħab sal-1938 meta ssieħeb ma' BASK. Aktar tard fil-karriera lagħab għal żewġ klabbs oħra tal-kapitali, Jedinstvo (1939–1941) u Sloga (1942–1943).

Internazzjonali immodifika

Tirnanić lagħab għall-Jugożlavja fit-Tazza tad-Dinja 1930. Ġurnata qabel ma għalaq l-20 sena hu skorja gowl li attwalment jagħmlu s-sitt l-iżgħar skorer ta' kull żmien fl-istorja tal-kompetizzjoni. Aktar tard hu mexxa lit-tim Jugożlav f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, fl-1954 u l-1958, kif ukoll fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1948, l-1952 u l-1960, fejn f'din tal-aħħar rebħu l-midalja tad-deheb.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

BSK Beograd

Kowċ immodifika

Jugożlavja
  • Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi: 1960
  • Midalja tal-Fidda fl-Olimpjadi: 1948, 1952

Ħoloq esterni immodifika