Bażilika ta' Sant' Elena

knisja f'Birkirkara, Malta

Il-Bażilika ta' Sant'Elena jew il-Bażilika ta' Santa Liena hija knisja Kattolika Rumana tas-seklu 18 li tinsab f'Birkirkara, Malta.[1] Inbniet skont disinn Barokk tal-arkitett Salvu Borg mill-bennej ewlieni Domenico Cachia.[2][3] Id-disinn kien ispirat, u huwa simili, għall-Katidral tal-Imdina minn Lorenzo Gafà.[4] Din inbniet biex tissostitwixxi r-rwol tal-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija (li għadha knisja parrokkjali tal-inħawi) il-qadima li saritilha l-ħsara fit-terremot tal-1856.[5] Eventwalment saret il-Knisja Kolleġġjali u mbagħad Bażilika Minuri.[6] L-arċipriet tal-parroċċa attwali huwa Monsinjur Louis Suban.

Birkirkara hija waħda mit-tnax-il parroċċa ta' Malta li ilha teżisti mill-1436 (qrib is-sit tat-Torri Ta' Ċieda, illum il-ġurnata f'San Ġwann) meta r-Rollo tfassal mill-isqof ta' Malta, Senatore Mello.[7][8]

Il-Knisja Ta' Xennu nbniet fl-1575, ġiet rikostruwita fl-1692 fis-sit tal-knisja attwali, u ġiet iddedikata lit-Tlugħ is-Sema. Il-knisja tas-seklu 17 twaqqgħet biex minflokha tinbena l-Bażilika ta' Sant'Elena, meta l-knisja parrokkjali kienet għadha l-Knisja l-antika ta' Santa Marija. Kappella żgħira ddedikata lit-tlugħ is-sema ġiet inkluża u nbniet fi ħdan id-disinn tal-Knisja ta' Sant'Elena minflok il-knisja tas-seklu 17. Il-Knisja ta' Sant'Elena saret il-knisja parrokkjali ftit wara li tlestiet u mbagħad saret bażilika. L-ispazju l-kbir tal-ġnien tal-villeġġjatura ta' Vincenzo Borg ingħata b'donazzjoni minn Brared biex jinbena z-zuntier, it-taraġ u l-pjazza ewlenija tal-knisja.[9] Meta Vincenzo miet indifen fil-kripta tal-knisja.[10] Il-knisja ġiet iddisinjata mill-arkitett Malti Salvu Borg (1662-1733).[11]

Il-parroċċa ġiet iddedikata lil Sant'Elena, li kienet ukoll il-qaddisa titulari tal-knisja li nbniet fis-seklu 18 u li għadha teżisti.[12] Il-knisja hija famuża wkoll għall-qanpiena l-kbira tagħha, li tpoġġiet f'postha għall-ħabta tal-1932.[13][14][15]

Fil-5 ta' Diċembru 1630, il-Papa Urban VIII stabbilixxa t-titolu kolleġjali tal-knisja permezz tas-Sacri Apostolatus Ministerio tal-Papat.[16][17] Il-knisja attwali nbniet fiċ-ċentru ta' Birkirkara fuq skala ferm ikbar mit-tliet knejjes ta' qabilha.[18] L-ewwel ġebla tal-knisja attwali tpoġġiet fis-27 ta' April 1727 mill-Isqof Gaspare Gori-Mancini.[19] Medalja ta' Sant'Elena u l-ismijiet tal-Papa u tal-isqof ta' dak iż-żmien ġew midfuna mal-ewwel ġebla. Il-knisja ġiet imbierka mill-Isqof Paul Alphéran de Bussan fid-19 ta' April 1771. Imbagħad il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini fl-20 ta' Ottobru 1782. Il-knisja ġiet elevata għad-dinjità ta' Bażilika Minuri fit-18 ta' Jannar 1950 mill-Papa Piju XII.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Rix, Juliet (2015). Malta and Gozo. Bradt Travel Guides. p. 227. ISBN 9781784770259.
  2. ^ Hughes, Quentin (1969). Fortress: Architecture and Military History in Malta. Lund Humphries. p. 194. ISBN 9780853310556.
  3. ^ Guillaumier, Alfie (2002). Bliet u Rħula Maltin, Second Volume (bil-Malti). Klabb Kotba Maltin. pp. 65–66. ISBN 99932-39-16-X.
  4. ^ Sammut, Edward (1955). Notes for a History of Art in Malta (bl-Ingliż). Progress Press Company. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  5. ^ "Birkirkara". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Dati importanti fl-istorja tal-parroċċa". web.archive.org. 2016-03-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-17. Miġbur 2022-09-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ Buhagiar, Mario (2005), The late Medieval art and architecture of the Maltese islands, Fondazzjoni Patrimonju Malti, ISBN 9993210358, 9789993210351, p. 193.
  8. ^ Luttrell, Anthony, "The Capella of Birkirkara: 1402", p. 157 (kif ukoll 'Archivio Vaticano, Reg. Lat. 107, f. 71v-72v (12)', pp. 158-159).
  9. ^ [httpss://www.independent.com.mt/articles/2012-03-11/news/200-year-old-history-in-an-old-musty-archive-307055/ "200-year-old History in an old musty archive - The Malta Independent"]. www.independent.com.mt. Miġbur 2022-09-17.
  10. ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A-F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. p. 289. ISBN 9789993291329.
  11. ^ Malta. "Mastru Salvu Borg: l-arkitett tal-knisja ta' Santa Liena" (bl-Ingliż).
  12. ^ "Birkirkara Parish Church in Malta-Prayers and Visits". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2022-09-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "The largely unsung history of Malta's bells - The Malta Independent". web.archive.org. 2016-03-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2022-09-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ Bonnici, Joseph; Cassar, Michael (2004). A Chronicle of Twentieth Century Malta. Book Distributors Limited. p. 130. ISBN 9789990972276.
  15. ^ "Rotot Barokki" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-09-20. Miġbur 2022-09-17.
  16. ^ ":: St George's Basilica - Gozo, Malta ::". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-09-17.
  17. ^ "St Helen's collegiate rights - timesofmalta.com". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-09-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ Bell, Simon; Morse, Stephen (2013). Measuring Sustainability: Learning By Doing. Routledge. ISBN 9781136561337.
  19. ^ Sciberras, Sandro (2015). "Minn xiex għaddejna" (PDF) (bil-Malti).