Antonio Nocerino
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb f'xi wħud minn dawn: il-grammatika, l-istil u/jew it-ton. Jista' jkun li dan l-artiklu, jew parti/jiet minnu, kienu tradotti b'mod awtomatiku jew b'għodda ta' traduzzjoni mekkanika. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah kif meħtieġ. |
Antonio Nocerino (Napli, 9 ta' April 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 9 ta' April 1985 Napli, Italja | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1997–2003 | Juventus | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2004 | Juventus | ||
2003–2004 | → Avellino (self) | ||
2004–2006 | Genoa | ||
2005 | → Catanzaro (self) | ||
2005 | → Crotone (self) | ||
2006 | → Messina (self) | ||
2006–2007 | Piacenza | ||
2007–2008 | Juventus | ||
2008–2011 | Palermo | ||
2011–2016 | Milan | ||
2014 | → West Ham United (self) | ||
2014 | → Torino (self) | ||
2015 | → Parma (self) | ||
2016–2017 | Orlando City | ||
2018 | Benevento | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2007 | Italja U-21 | ||
2007–2012 | Italja |
Bijografija
immodifikaAntonio Nocerino twieled Napli, fid-9 ta' April 1985 iben Ciro u Giovanna.
Fit-3 ta' Lulju 2010, huwa żżewweġ lil Federica, li kien ilu jafa miż-żminijiet tal-iskola u li kienu għarajjes għal tmien snin. Huma kellhom tifel, Francesco, imwieled fis-6 ta' Mejju 2009. Fil-5 ta' Ottubru kellhom it-tieni wild tagħhom bl-isem ta' Cecilia. Huwa għandu diploma fil-kontabilità.
Karriera
immodifikaIl-Bidu
immodifikaHuwa beda jilgħab fl-età ta' 5 snin ma' klabb żgħir immexxi minn missieru fil-lokal tiegħu. Meta kellu 13-il sena ingħaqad ma Juventus. Matul il-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma' Avellino, Genoa, Catanzaro , Crotone , Messina u Piacenza . Huwa għamel id-debutt tiegħu mal-professjonisti fis-Serie B ma' Avellino fil-11 ta' Settembru 2003 fil-partita Avellino-Palermo (0-0). Fi tliet staġuni u nofs fis-Serie B, Nocerino laghab 111-il loghba. Id-debutt fis-Serie A wasal fit-12 ta' Frar 2006 fil-partita Messina-Sampdoria (4-2). L-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A skurjaħ fis-7 Mejju 2006 mal-flokk ta' Messina fil-partita kontra Empoli , iżda il-gowl gie ikkanċellat lilu minhabba li l-logħba kienet eventwalment abbandunata.
Piacenza u Juventus
immodifikaFl-istaġun 2006-2007, ma' Piacenza, laghab regolarment 37 logħoba u skorja 6 gowls.
Fis-sajf ta' l'2007, Juventus, xtraw nofs l'iehor tal-propjeta ta' Nocerino minnghand Piacenza għal 3.7 miljun ewro.
Huwa għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma Juventus meta beda il-loghba ma' l'ewwel 11 fl-ewwel jum tal-ftuħ ta' Serie A fil-logħba Juventus-Livorno (5-1). Wara din il-loghba kowċ Ranieri baqa jilghabu regolari mat-tim ta' Juventus. Madankollu fit-tieni rawnd, bil-wasla ta Sissoko f'Turin, ma bediex jintuża kontinwament, imma xorta spiċċa b'mod pożittiv l'esperjenza tieghu ma' Juventus b'32 prezenza fil- kampjonat u 4 fil-Coppa Italia.
Palermo
immodifikaFit-30 ta' Mejju 2008 ingħaqad għal kollox mat-tim ta' Palermo bit-trasferiment tal-plejer Amauri ma' Juventus. Lagħab l'ewwel logħoba ma' Palermo fit-13 ta' Settembru 2008 fir-rebħa kontra Roma 3-1. Nocerino irnexxielu jilgħab titolari għal kwazi l'istagun kollu, pero spicca l'aħħar ftit ta' l'istagun bħala riseva. B'kollox lagħab 33 loghoba (kollħa fil-kampjonat) mingħajar ma skurja; ħdejn Mark Bresciano , li huwa aktar offensiv minn Nocerino, li xogħolu dejjem kien li jiddefendi u jkisser l'attakki ta' l'avversajri.
Fl'istaġun 2009-2010 ma' Palermo Walter Zenga , reġa beda jilgħab titolari, imma f'qasir żmien reġa spiċċa riserva. Skorja l'ewwel gowl tiegħu kemm fis-Serje A u kemm bil-flokk ta' Palermo fil-ħames ġurnata tal-kampjonat fil-ġrawnd Barbera kontra Roma, li spiċċat 3-3. Bid-dħul ta' Delio Rossi bħala kowċ minflok Zenga, reġa sar plejer titolari u ġie fdat xogħol ta' finalizzazjoni u jakkumpanja l'attakk ta' Palermo. B'hekk il-fażi difensiva ġiet fdata lil Giulio Migliaccio. Għalaq it-tieni staġun tiegħu ma' Palermo b'35 presenza u 2 gowls fil-kampjonat u 3 presenzi fil- Coppa Italia.
Fl-istaġun 2010-2011 halla in-numru 9 lil Abel Hernández, u ghazel 23, il-gurnata li miet Padre Pio, li Nocerino huwa devot tieghu. Laghab l'ewwel darba ma Palermo fl'Europa League kontra Maribor. Lahaq il-100 presenza tieghu fis-Serje A (89 presenzi), Coppa Italia (5) u Europa League (6) fil-kwarti ta' finali fil-Coppa Italia b'rebha kontra Parma. Fit-3 ta' Frar 2011, fil-loghoba bejn Palermo-Fiorentina (2-4), skurja it-3 gowl tieghu fil-kampjonat. Fl'10 April fil-loghoba bejn Palermo-Cesena (2-2), laghab il-mitt partita tieghu fis-Serje A ma Palermo. Ghalaq posittivament l'istagun b'49 presenza u 4 gowls fil-kampjonat, Coppa Italia u Europa League. B'hekk Nocerino spicca l'aktar plejer utilizzat mit-tim kollu.
Fil-bidu ta' l-istaġun 2011-2012, wara li lagħab iż-żewg logħobiet tat-tielet preliminari ta' l'Europa League kontra l-isvizzeri ta' Thun, telaq lit-tim sqalli wara li lagħab 122 darba u skurja 6 gowls.
Milan
immodifikaWara li spiċcalu l'kuntratt ma' Palermo, fil-31 ta' Awwissu 2011, fl-aħħar ġurnata tat-trasferimenti, inagħaqad definittivament ma' AC Milan ghas-somma ta' 500.000 euro. Ma AC Milan iffirma kuntratt ta' ħames snin.
2011–2012
immodifikaNocerino kien mitlub hafna minn Massimiliano Allegri . Lagħab l'ewwel logħoba tiegħu bil-flokk aħmar u iswed fid-9 ta' Settembru 2011 fil-loghoba tal-kampjonat kontra Lazio li spiċcat bir-riżultat ta' 2-2 meta dahla jilgħab minflok Alberto Aquilani fit-68 minuta. Erbgha t'ijiem wara fit-13 ta' Settembru 2011, lagħab l'ewwel logħoba fic-Champions League, kontra Barcellona li spiċcat 2-2. Nocerino lagħab il-loghoba kollha. Skurja l-ewwel gowl tiegħu ma' Milan fil-15 ta' Ottubru f'San Siro fil-partita mirbuħa 3-0 kontra l'ex tim tieghu Palermo, fid-39 minuta minn passaġġ ta' Alberto Aquilani.
Fis-26 ta' Ottubru fil-loghoba Milan-Parma (4-1) fid-9 gurnata tal'kampjonat skorja l'ewwel 'hatrick' tal-karriera tiegħu, b'hekk laħaq ir-rekord personali ta' 4 gowls fis-Serje A li kellu fl-istagun ta' qabel Palermo. Fit-2 ta' Dicembru ssupera dan il-primat billi skurja fir-rebha kontra Genoa, 0-2: dan kienet infatti il-ħames gowl fis-Serje A fi stagun wiehed. Fis-17 ta' Diċembru 2011, fil-logħoba mirbuħa 2-0 kontra Siena, skorja is-6 gowl staġunali; b'dan il-gowl laħaq ir-rekord personali tiegħu b'6 gowls fi staġun wieħed meta kien jilgħab fis-Serje B ma Piacenza fl-2006 - 2007.
Fid-29 ta' Jannar 2012 rega ssupera dan ir-rekord billi skurja fl-20 gurnata tal-kamjonat kontra Cagliari f'San Siro, li spiċċat bir-rizultat ta' 3-0, b'hekk lahaq ir-rekord ta' gowls staġunali minn 'midfielders' bil-flokk ta' Milan, li kien għand Romeo Benetti. Fis-26 ta' Frar 2012, skorja it-8 gowl f'San Siro kontra Juventus li spiccat 1-1. Fit-3 ta' April skorja l-ewwel gowl tieghu fiċ-Champions League fil-kwarti tal-finali kontra Barcelona, li Milan tilfu 3-1.
Ghalaq l-ewwel stagun tieghu ma' AC Milan b'35 presenza fil-kampjonat, 3 fil-Coppa Italia u 10 fic-Champions League u skorja 11 il-gowl.
2012–2013
immodifikaFis-sajf ta' l'2012, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 8, dan war li Gennaro Gattuso halla lil klabb biex jinghaqad mat-tim Svizzeru ta' Sion.[1] Nocerino qal li huwa unur ghalih li ser ikollu n-numru 8 wara Gennaro Gattuso.
Fis-16 ta'Dicembru, 2012, Nocerino skorja wara biss 35 seekonda fil-loghoba li Milan rebhu kontra Pescara. Wara l-loghoba, Nocerino qal lil gurnalisti li l'gowl li skorja kien qieghed jiddedikah lil vittmi ta Sandy Hook Elementary School. Nocerino qal, "... dak kollu li ghamilt illum huwa ghalihom biss." [2]
2013–2014
immodifikaFis-sajf ta' l'2013, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 23 wara Massimo Ambrosini telaq lil klabb ta' Milan biex imur jilghab ma Fiorentina.[1]
West Ham
immodifikaFil-25 ta' Jannar 2014 Nocerino inghaqad mal-klabb ingliz tal-Premier League, West Ham.[3] Nocerino iddebbutta bil-flokk ta' West Ham fid-29 ta' Jannar meta daħal jilgħab fit-80 minuta. Huwa għazel in-numru 47.
Karriera Nazzjonali
immodifikaFit-13 ta' Mejju ġie maghżul mil-kowċ taljan Cesare Prandelli fil-lista ta' 32 plejer għal fażi ta' preparazzjoni għal kampjonat Ewropew 2012 (Euro 2012) biex fid-29 ta' Mejju gie nkluż definittivament fil-lista għal loghob finali.
Fl-10 ta' Ĝunju 2012 daħal bħala sostitut fid-90 minuta minflok Thiago Motta fl'ewwel logħoba minn grupp C kontra Spanja li ntemmet bir-riżultat ta' 1-1 b'gowls ta' Di Natale għal l'Italja u Fabregas għal Spanja.
It-tieni preżenza tieghu kienet fl-24 ta' Ĝunju 2012 meta daħal bhala sostitut ta' De Rossi fit-80 minuta fil-logħba mill-kwarti tal-finali kontra l'Ingilterra. Fil-115 il-minuta kellu gowl annullat minhabba 'offside' minn passaġġ ta' Diamanti. Il-loghoba intemmet 4-2 bil-'penalties' favur l'Italja fejn Nocerino skorja ir-raba' wiehed.
Statistika
immodifikaKlabb
immodifikaPrestazzjoni tal-Klabb | Kampjonat | Tazza | Ewropa | Oħrajn | Total | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Klabb | Kampjonat | Staġun | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls |
Avellino | Serie B | 2003–04 | 34 | 0 | 0 | 0 | – | – | 34 | 0 | ||
Total | 34 | 0 | 0 | 0 | – | – | 34 | 0 | ||||
Genoa | Serie B | 2004–05 | 5 | 0 | 0 | 0 | – | – | 5 | 0 | ||
Total | 5 | 0 | 0 | 0 | – | – | 5 | 0 | ||||
Catanzaro | Serie B | 2004–05 | 21 | 0 | 0 | 0 | – | – | 21 | 0 | ||
Total | 21 | 0 | 0 | 0 | – | – | 21 | 0 | ||||
Crotone | Serie B | 2005–06 | 15 | 0 | 0 | 0 | – | – | 15 | 0 | ||
Total | 15 | 0 | 0 | 0 | – | – | 15 | 0 | ||||
Messina | Serie A | 2005–06 | 11 | 0 | 0 | 0 | – | – | 11 | 0 | ||
Total | 11 | 1 | 0 | 0 | – | – | 11 | 1 | ||||
Piacenza | Serie B | 2006–07 | 37 | 6 | 2 | 0 | – | – | 39 | 6 | ||
Total | 37 | 6 | 2 | 0 | – | – | 39 | 6 | ||||
Juventus | Serie A | 2007–08 | 32 | 0 | 4 | 0 | – | – | 36 | 0 | ||
Total | 32 | 0 | 4 | 0 | – | – | 36 | 0 | ||||
Palermo | Serie A | 2008–09 | 33 | 0 | 0 | 0 | – | – | 33 | 0 | ||
2009–10 | 35 | 2 | 3 | 0 | – | – | 38 | 2 | ||||
2010–11 | 38 | 4 | 5 | 0 | 6 | 0 | – | 49 | 4 | |||
2011–12 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | – | 2 | 0 | |||
Total | 106 | 6 | 8 | 0 | 8 | 0 | – | 122 | 6 | |||
Milan | Serie A | 2011–12 | 35 | 10 | 3 | 0 | 10 | 1 | – | 48 | 11 | |
2012–13 | 26 | 2 | 0 | 0 | 3 | 0 | – | 29 | 2 | |||
2013–14 | 11 | 0 | 3 | 0 | 3 | 0 | – | 16 | 0 | |||
Total | 72 | 22 | 5 | 0 | 16 | 1 | – | – | 93 | 13 | ||
Karriera totali | 333 | 24 | 19 | 0 | 24 | 1 | – | 376 | 25 |
Referenzi
immodifika- ^ a b Coerts, Stefan (2012-08-04). "Nocerino proud to wear Gattuso's No.8 jersey" (bl-Ingliż). Goal.com.
- ^ "Nocerino pays Tribute to Newton Victims" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2012-12-16. Miġbur 2012-12-16.
- ^ "Hammers net Nocerino" (bl-Ingliż). West Ham United FC. 2014-01-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-26. Miġbur 2014-01-25.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Antonio Nocerino |
- Antonio Nocerino fuq Soccerbase
- Antonio Nocerino fuq National-Football-Teams.com