Andorra fil-Festival tal-Eurovision

(Rindirizzat minn Andorra fil-Eurovision)

L-Andorra għamlet id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-2004. L-interess fil-festival kien minn dejjem kbir, minkejja li l-istazzjoni lokali tal-Andorra, Ràdio i Televisió d'Andorra (RTVA), ma kienx ixandar il-festival minn xi snin riċenti. Il-poplu tal-Andorra xorta seta' jsegwi l-edizzjonijiet minn stazzjonijiet Spanjoli u Franċiżi.

Andorra
Andorra
Stazzjon membru {{{stazzjon}}}
Parteċipazzjoni
Dehriet 6
L-ewwel dehra 2004
L-aqwa riżultat 12 SF (2007)
L-agħar riżultat 23 (l-aħħar) SF (2006)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

Matul is-sitt parteċipazzjonijiet l-Andorra qatt ma kkwalifikat għall-finali fejn waslet l-aktar viċin fl-2007 meta spiċċat fit-tnax-il post tas-semifinali, minkejja li ħafna bassru l-possibilità ta' kwalifikazzjoni. Nhar it-8 ta' Novembru 2011, ġie imħabbar mir-RTVA li kienu se jħallu lill-EBU minħabba raġunijiet finanzjarji u qtugħ fil-baġit min-naħa tal-gvern tal-pajjiż.

RappreżentantiImmodifika

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2004 Marta Roure Jugarem A Estimar-Nos X X 18 12
2005 Marian van de Wal La Mirada Interior X X 23 27
2006 Jenny Sense Tu X X 23 8
2007 Anonymous Salvem el món X X 12 80
2008 Gisela Casanova X X 16 22
2009 Susanne Georgi La teva decisió (Get a Life) X X 15 8

VotazzjoniImmodifika

 
Anonymous f'Ħelsinki (2007)

L-Andorra tat l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1   Spanja 60
2   Ukrajna 33
3   Franza 26
4   Greċja 21
=   Finlandja 21

Ħoloq esterniImmodifika