Anastasju Cuschieri
Anastasju Cuschieri (Valletta 27 ta' Jannar 1876 - 25 ta' Lulju 1962) kien patri, senatur, professur tal-filosofija u awtur.
Anastasju Cuschieri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 27 Jannar 1876 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Valletta, 25 Lulju 1962 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
politiku filosofu poeta |
Impjegaturi | Università ta' Malta |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Patri Karmelitan
immodifikaHuwa ħa l-voti reliġjużi bħala Patri Karmelitan nhar it-28 ta' Awwissu 1891. Patri Anastasju wara l-istudji tiegħu f'Malta kiseb Dottorat fil-Filosofija fl-Universita Gregorjana ta' Ruma. Fl-1902 sar Professur tal-Filosofija. Kitbiet tiegħu dehru fir-Rivista di Filosofia Neo-Scolastica ta’ Milan. Lura Malta, Patri Anastasju sar membru tal-Kunsill tal-Università, fejn ippresieda fuq il-Fakultà tax-Xjenza u kien eżaminatur tal-istudenti fit-Taljan. Huwa kien kien elett darbtejn bħala Pirjol Provinċjali tal-Ordni Karmelitan f'Malta.
Politiku
immodifikaAnastasju Cuschieri kien ukoll Senatur f'isem il-gradwati tal-Università fl-ewwel żewġ legislaturi ta' Gvern Malti, dawk tal-1921 u tal-1932. Kien membru tal-Partit Nazzjonalista, u matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern Kolonjali Ingliż kien żamm għajnejh fuqu minħabba t-twemmin politiku tiegħu.
Poeta
immodifikaHuwa magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna, għall-ħafna poeżiji tiegħu fuq il-Madonna, li huma fost l-aqwa fil-letteratura Maltija. Huwa poeta Romantiku (fil-kontenut) u klassiku (fil-metrika).
Il-Kelma Maltija hija waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu:
- Din biss, ħabib ta’ qalbi,
għandi; din Alla tani,
dil-kelma li bi ġmielha
nitgħaxxaq ser tarani.
- Min qal li tqila u timxi
bħas-sriep tkaxkar fuq żaqqha?
Ħares kemm hi ħafifa,
kif titla’ u togħla f’daqqa...
- Bħalma l-ħaddied fil-forġa
l-ewwel jikwi l-ħadida,
imbagħad ftit ftit jaħdimha
sa tiġi kif iridha...
- Hekk jien il-kelma mn’idi
mhux malli dak nitlaqha,
bħal min iwaddab ġebla
ma jafx fejn sejra taqa’
- ‘mma qabel inrattabha
fi ħsiebi bħal għaġina,
imbagħad koċċ koċċ bis-sabar
nagħtiha sura u żina.
- U nibqa’ nħares lejha,
nara jekk qiegħda sewwa,
jekk rieqda jew mifluġa,
jekk nieqsa minn xi ħlewwa:
- U meta ħajja tferfer
nilmaħha tgħodd għal ħbiebi
hemmhekk, għax nistħi ngħidu,
nitgħaxxaq dlonk bi ħsiebi,
- u bil-kelma li titla’
minn qalbi għal fuq fommi,
safja, ħelwa, sabiħa,
kif għallmithieli ommi,
- kif dari l-Belt, kif għadek
fl-irħula llum tismagħha,
bla xniexel fuq sidirha,
fqajra, ’mma kollox tagħha.
- Din biss, ħabib ta’ qalbi,
għandi; din Alla tani,
dil-kelma li bi ġmielha
nitgħaxxaq qed tarani.”
Mewt
immodifikaWara marda kiefra li damet tliet snin u kważi pparalizzatu, Anastasju Cuschieri miet nhar il-25 ta' Lulju 1962, jum qabel il-mewt ta' San Ġorġ Preca.