Alessandro Nesta

Alessandro Nesta (Ruma, 19 ta' Marzu 1976) huwa futboler Taljan li jilgħab mal-klabb Kanadiż ta' Montreal Impact. Ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri ċentrali ta' kull żmien, hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja 2006 flimkien mat-tim nazzjonali Taljan.

Alessandro Nesta
Alessandro Nesta.jpg
Informazzjoni personali
Twelid3 ta' Lulju 1976 (1976-19-03) (45 sena)
Ruma, Italja
Tul1.87 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliMontreal Impact
Numru14
Mixtliet
1985–1993Lazio
Karriera professjonali
SninKlabb
1993–2002Lazio
2002–2012Milan
2012–Montreal Impact
Tim nazzjonali
1996–2006Italja
1995–1996Italja U21

Karatteristiċi tekniċiImmodifika

Nesta huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri ċentrali fid-dinja tal-futbol. Huwa difensur veloċi ħafna, atletiku u b'saħħtu. Magħruf ukoll għas-sens ta' pożizzjoni li għandu fil-grawnd u għall-mod kif jantiċipa lil attakkant.

KarrieraImmodifika

LazioImmodifika

Rappreżentant ta' AS Roma kien għall-bidu induna bit-talent li jipposjedi Nesta meta kien għadu tifel, imma missieru ma riedx li ibnu jilgħab mar-Roma minħabba li hu kellu legami kbar mar-rivali kbar taghhom, SS Lazio. Fl-1985, beda l-karriera tiegħu mal-Lazio kif xtaq missieru. Fl-1993 il-kowċ Zdenek Zeman għaraf it-talent ta' Nesta u għażlu biex jilgħab mal-ewwel ħdax fis-Serie A. Nesta lagħab l-ewwel logħba tieghu kontra Udinese, logħba li ntemmet 2–2. Fl-istaġun 1997–98, Nesta skorja l-gowl deċiżiv li rebbaħ il-Coppa Italia lil Lazio konta l-Milan. Fl-1998 ġie magħżul minn Cesare Maldini fl-iskwadra li kellha tirrapreżenta lit-tim nazzjonali Taljan ġewwa Franza għat-Tazza tad-Dinja. Waqt it-Tazza tad-Dinja, Nesta weġġa' u kellu jibqa' barra mil-logħob għal ħames xhur. Ir-ritorn lura tiegħu wasal f'Diċembru tal-1998 fejn kien strumentali fit-tiġrija għall-kampjonat li ntilef fl-aħħar ġurnata għal punt biss. Fl-1999 bhala kaptan mexxa lit-tim tiegħu għal rebha fit-Tazza tat-Tazzi u ftit xhur wara għolla wkoll is-Supercup Ewropea. L-ikbar sodisfazzjon għal Nesta waslet fis-sena ta' wara meta irnexxielu jirbaħ kemm il-kampjonat kif ukoll il-Coppa Italia.

MilanImmodifika

Fis-sena 2002, Il-president tal-Lazio Sergio Cragnotti kellu jbieh hafna mill-plajers tieghu minhabba krizi finanzjarja li waslitu ghal falliment. Nesta gie akkwistat mil-A.C.Milan fl-ahhar jum tal-calciomercato. Nesta kompla sahhah id-difiza tal-Milan li diga kienet issahhet bl-akkwist ta' Jaap Stam ftit qalbel. Fl-ewwel stagun tieghu mal-Milan, nesta rebah it-tazza tac-campjins u l-Coppa Italia. Nesta kompla jzid fl-unuri personali tieghu bir-rebh ta` Supercoppa UEFA, kampjonat, u Supercoppa Taljana.

UnuriImmodifika

KlabbImmodifika

  Lazio

  Milan

  Montreal Impact

IndividwaliImmodifika

Ħoloq esterniImmodifika