Adalbert Deșu (twieled fl-24 ta' Marzu 1909 – miet fis-6 ta' Ġunju 1937) kien plejer tal-futbol Rumen.

Adalbert Deșu
Informazzjoni personali
Twelid24 ta' Marzu 1909(1909-03-24)
GătaiaAwstrija-Ungerija
Mewt6 ta' Ġunju 1937 (28 sena)
Timișoara
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1928–1930UDR Reşiţa
1930–1933Banatul Timişoara
Tim nazzjonali
1929–1930Rumanija

Karriera

immodifika

Deșu twieled f'Gătaia b'orġini Ungeriżi.[1] Wara li beda l-karriera tal-futbol f'raħal twelidu, hu mexa f'Reșița u lagħab għal sentejn ma' UDR. Fl-1929, ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Rumen, fejn skorja fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Bulgarija. Hu ġie wkoll magħżul biex jieħu sehem mat-tim Rumen fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Il-president tal-klabb li kien jilgħab magħhom, Wolfgang Auschnit, irrifjuta li jħallsu s-salarju fiż-żmien li kien qiegħed fit-Tazza tad-Dinja. Deșu skorja l-ewwel gowl tar-Rumanija kontra l-Peru, u lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali fit-tieni logħba tat-Tazza tad-Dinja għar-Rumanija, kontra l-Urugwaj.

Wara t-Tazza tad-Dinja, Deșu ħalla 'l-klabb minħabba l-atteġġjament tal-president ta' UDR.[2] Hu ngħaqad ma' Banatul Timişoara, imma fl-1933 kellu jirtira minħabba pnewmonja. Fl-1937, hu miet kawża tal-istess marda fl-età ta' 28 sena.

Logħbiet internazzjonali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ László Gál (2010). Montevideótól Johannesburgig - Érdekességek a futball vb-k világából (bl-Ungeriż). Budapest: Aposztróf. p. 154. ISBN 9786155056024.
  2. ^ "Senzational 2" (bir-Rumen). Agenda. 2006-05-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-13.

Ħoloq esterni

immodifika