Đorđe Vujadinović

Đorđe "Đokica" Vujadinović (bis-Serb: Ђорђе Вујадиновић; twieled fid-29 ta' Novembru 1909 – miet fil-5 ta' Ottubru 1990) kien plejer u kowċ tal-futbol Serb.

Đorđe Vujadinović
Informazzjoni personali
Twelid29 ta' Novembru 1909(1909-11-29)
Smederevo, Renju tas-Serbja
Mewt5 ta' Ottubru 1990 (80 sena)
Belgrad
Tul1.73 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1923–1928BSK Beograd
Karriera professjonali
SninKlabb
1928–1940BSK Beograd
Tim nazzjonali
1929–1940Renju tal-Jugożlavja
Timijiet ikkowċjati
Partizan (żgħażagħ)
BSK Beograd (żgħażagħ)
1960–1961BSK Beograd
Jugożlavja U-21
1967Altay

Karriera

immodifika

Vujadinović twieled f'Kolari, subborg ta' Smederevo, u ta' età żgħira mar jgħix Belgrad ma' zijuh. Waqt li kien qiegħed jilgħab ma' sħabu f'park, hu ġie mistieden flimkien ma' tnejn oħra biex jippruaw ma' fost l-akbar klabbs Jugożlavi ta' dak iż-żmien, BSK. Hu ssieħeb mat-tim taż-żgħażagħ u aktar tard ifforma parti mill-ewwel tim li kien jinkludi fost oħrajn lil Tirnanić, Valjarević, Krčevinac, Zloković, li ddomina x-xena tal-futbol lokali tat-tletinijiet. L-aħħar tas-snin għoxrin kien żmien favoreli għall-futbol Jugożlav, fejn il-plejers bdew isiru professjonali u jitħallsu. Madankollu, Vujadinović irrifjuta li jitħallas minħabba li s-salarju bħala impjegat ta' bank kien biżżejjed u l-logħba tal-futbol kien jilgħaba għall-gost. Sal-1940, lagħab madwar 400 logħba għall-klabb, rebaħ il-kampjonat għal ħames darbiet u spiċċa l-aqwa skorer darbtejn.[1]

Mat-tim nazzjonali Jugożlav, Vujadinović lagħab 44 logħba bejn l-1929 u l-1940. Hu kien wieħed mill-plejers tat-tim li ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.[1]

BSK Beograd
  • Prva Liga: 1930–31, 1932–1933, 1934–35, 1935–36, 1938–39

Individwali

immodifika
  • L-aqwa skorer tal-Prva Liga: 1929 (10 gowls), 1930–31 (12-il gowl)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Vujadinovic Djordje". reprezentacija.rs (bis-Serb).

Ħoloq esterni

immodifika