Ċettina Darmenia Brincat
Ċettina Darmenia Brincat (10 ta’ Jannar 1931 – 5 ta’ Ottubru 2023) kienet għalliema, intraprenditur, u l-uniku membru tal-parlament feminili f'Malta bejn l-1982 u l-1987.
Ċettina Darmenia Brincat | |||
---|---|---|---|
9 Jannar 1982 - 13 Frar 1987 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Ħal Luqa, 10 Jannar 1931 | ||
Mewt | Malta, 5 Ottubru 2023 | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Grenoble | ||
Lingwi |
Malti Ingliż Franċiż Taljan | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
tour operator (en) politiku għalliem |
Darmenia Brincat twieldet f'Ħal Luqa fl-10 ta’ Jannar 1931.[1]
Hija studjat il-Franċiż u l-istorja, u gradwat mill-Università ta' Grenoble fi Franza.[2]
Kienet ikkontestat bla suċċess l-elezzjoni ġenerali tal-1976 mal-Malta Labour Party. Ħarġet ukoll għall-elezzjoni tal-1981, iżda ma ġietx eletta anqas. Madankollu ftit ġmgħat biss wara l-elezzjoni, f'Jannar tal-1982, hija ġiet eletta f'elezzjon każwali fuq is-7 distrett. Fil-15 ta' Frar 1982 ħadet post Danny Cremona li kien għadu kemm irreżenja minħabba raġunijiet ta' saħħa.[1][3]
Hija servet bħala membru tal-parlament fuq in-naħa tal-gvern sal-1987. Darmenia Brincat kienet is-seba' mara eletta fl-istorja tal-parlament Malti wara Agatha Barbara, Fanny Attard Bezzina, Evelyn Bonaci (MLP), Mabel Strickland, Cecilia De Trafford Strickland (PCP), u Anne Agius Ferrante (PN). Wara li Agatha Barbara nħatret President ta' Malta fl-1982, Darmenia Brincat kienet l-unika mara fil-parlament sal-1987.[3]
Darmenia Brincat ikkontenestat bla suċċess l-elezzjoni ġenerali tal-1987, u sussegwentament irtrat mix-xena politika u kompliet tiffika fuq in-negozju tagħha bħala operatur tal-ġiti.[2]
Hija mietet fl-età ta' 92 sena fil-5 ta’ Ottubru 2023.[3]
Referenzi
immodifika- ^ a b "Mrs Ċettina Darmenia Brincat". Parlament ta' Malta (bil-Malti). 2023. Miġbur 20 Jannar 2024.
- ^ a b "Ċettina Darmenia Brincat, one of Malta's first women MPs, dies aged 92". Times of Malta (bl-Ingliż). 2023-10-05. Miġbur 2024-01-20.
- ^ a b ċ Cachia, Paul (2023-10-05). "Titħabbar il-mewt tal-eks deputat Laburista Cettina Darmenia Brincat". Newsbook (bil-Malti). Miġbur 2024-01-20.