Nisa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ Malta

Mill-għoti tas-suffraġju universali kien hemm tmintax-il okkażjoni fejn setgħu jikkontestaw nisa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ Malta. Minkejja dan, 73 mara biss ikkontestaw f’dawn l-elezzjonijiet ġenerali. Min-naħa l-oħra, l-għadd ta’ rġiel li kkontestaw qabeż l-1,000 ruħ.

Statwa ta’ Agatha Barbara, Ħaż-Żabbar

In-numru ta’ nisa li jikkontestaw fl-elezzjonijiet ġenerali żdied tul is-snin. Fil-fatt, fl-elezzjonijiet tal-1998 kien hemm 24 kandidat mara li kkontestaw, l-ogħla numru li qatt kien hemm, u sitta minnhom ġew eletti, jiġifieri rata ta’ suċċess ta’ 25 fil-mija.

L-iżgħar numru ta’ kandidati nisa kien fl-1947[1], meta ġie introdott is-suffraġju universali, fejn ikkontestaw żewġ nisa biss. Madankollu, ir-rata ta’ suċċess kienet ta’ 50 fil-mija, peress li ġiet eletta Agatha Barbara. L-elezzjoni tal-1955 kellha l-inqas persentaġġ ta’ kandidati nisa li ġew eletti, b’rata ta’ suċċess ta’ 14.3 fil-mija, meta kandidata waħda biss ġiet eletta minn seba’ li kkontestaw. Wara dan ir-riżultat skoraġġanti, ir-rata ta’ suċċess tjiebet xi ftit, tant li fl-elezzjoni tal-1976, il-kandidati nisa kellhom rata ta’ suċċess ta’ 42.3 fil-mija, jiġifieri tlieta minn seba’ kandidati nisa. Dawn kienu iż-żewġ kandidati tal-Partit Laburista Agatha Barbara u Evelyn Bonaci, u l-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Anne Agius Ferrante li kisbet siġġu wara elezzjoni każwali.

Madankollu, ir-rati ta’ suċċess tal-kandidati nisa fl-ewwel u fit-tielet elezzjonijiet qatt ma reġgħu ntlaħqu sa issa (fl-1947 laħqet il-50 fil-mija filwaqt li fl-1951 laħqet is-57.1 fil-mija). Ir-rata żdiedet bil-mod għal 42.9 fil-mija fl-1976, iżda dan l-andament ’il quddiem intilef u r-rata ta’ suċċess naqset għal 20 fil-mija fl-1981. Ir-rata ta’ suċċess kienet ta’ 28.6 fil-mija biss fl-2003. L-elezzjoni tal-2003 kellha l-istess rata ta’ suċċess għall-kandidati nisa bħal dik tal-1998, b’sitt Membri Parlamentari nisa, tlieta għal kull wieħed miż-żewġ partiti politiċi ewlenin.

Kandidati nisa tal-Partit Laburista (PL)

immodifika

Mill-għoti tad-dritt tal-vot, il-Partit Laburista b’mod konsistenti ppreżenta kandidati nisa fl-elezzjonijiet ġenerali kollha, u dejjem (għajr matul il-leġiżlatura tal-1992-1996) kellu mill-inqas Membru Parlamentari mara tul is-snin. Mara waħda fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1947, tal-1950, tal-1953, tal-1955, tal-1962, u tal-1987, żewġ nisa fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1951, tal-1966, tal-1971, tal-1976, tal-1981, tal-1996 u tal-2013, tliet nisa fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1998, tal-2003 u tal-2017, u erba’ membri fl-2008. In-numru kumplessiv ta’ nisa li kkontestaw f’isem il-Partit Laburista sal-elezzjoni tal-2003 kien ta’ 57 mara, u b’kollox rebħu 27 siġġu. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013, il-Partit Laburista kellu 12-il kandidata u minnhom tnejn ġew eletti, filwaqt li fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017, il-Partit Laburista kellu 11-il kandidata u minnhom tlieta ġew eletti.

L-għaxar kandidati nisa, u n-numru ta’ drabi li ġew eletti, huma:

Kandidati nisa tal-Partit Nazzjonalista (PN)

immodifika

Il-Partit Nazzjonalista, min-naħa l-oħra, kellu l-ewwel kandidata tiegħu, Mary Louise Muscat Manduca, fl-1950, iżda kienet Anne Agius Ferrante, li ġiet eletta għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1976 f’isem il-Partit Nazzjonalista, u ġiet eletta b’elezzjoni każwali. Il-Partit Nazzjonalista reġa’ eleġġa kandidata oħra fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1987, li kienet Giovanna Debono għal Għawdex. In-numru ta’ kandidati nisa f’isem il-Partit Nazzjonalista żdied b’mod konsiderevoli matul l-aħħar snin. Sal-2003, 57 mara kienu kkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali u rebħu 13-il siġġu. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 il-Partit Nazzjonalista kellu 13-il kandidata, filwaqt li fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 kellu 24 kandidata.

Fost in-nisa eletti fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista hemm:

Kandidati nisa tal-Alternattiva Demokratika (AD)

immodifika

L-Alternattiva Demokratika kellha kandidata mara fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996, tal-1998 u tal-2003 għalkemm l-ebda kandidata ma ġiet eletta.

Kandidati nisa ta’ partiti oħra

immodifika

Żewġ kandidati nisa oħra kellhom suċċess fl-elezzjonijiet ġenerali. Dawn kienu Mabel Strickland (tliet darbiet), darbtejn mal-Partit Kostituzzjonali u darba mal-Partit Kostituzzjonalista Progressiv (Malta), u Celia de Trafford Strickland (darbtejn), mal-Partit Kostituzzjonali.

Partiti politiċi oħra li kellhom kandidata mara fl-elezzjonijiet ġenerali, kienu:

  • Partit tal-Azzjoni Demokratika: kandidata waħda fl-1947 u fl-1950
  • Il-Partit Kostituzzjonali: tliet kandidati fl-1950, żewġ kandidati fl-1951, u kandidata waħda fl-1953 u fl-1955
  • Il-Partit tal-Ħaddiema Maltin: żewġ kandidati fl-1950 u fl-1951
  • Il-Partit Kostituzzjonalista Progressiv: kandidata waħda fl-1953, fl-1955, fl-1962 u fl-1966, u żewġ kandidati fl-1971
  • Il-Partit tal-Ħaddiema Kristjani: żewġ kandidati fl-1962 u fl-1966
  • Il-Partit Demokratiku Kristjan: kandidata waħda fl-1962
  • Il-Partit Nazzjonalista Demokratiku: żewġ kandidati fl-1962
  • Il-Partit Komunista ta’ Malta: kandidata waħda fl-1987
  • Kandidati indipendenti: kien hemm kandidata waħda fl-1992
  • Azzjoni Nazzjonali: kien hemm kandidata waħda fl-2008

Karigi importanti fil-Parlament Malti

immodifika

Agatha Barbara rebħet għaxar elezzjonijiet konsekuttivi bejn l-1947 u l-1981 u okkupat karigi fil-kabinett bħala Ministru għall-Edukazzjoni darbtejn u bħala Ministru għax-Xogħol, is-Servizz Soċjali u l-Kultura. Fl-1982, kienet l-ewwel mara li ġiet nominata President tar-Repubblika ta’ Malta.

Fl-1995, Giovanna Debono ġiet maħtura Segretarja Parlamentari għall-Familja u l-Affarijiet Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali.

Warajha, Helena Dalli ġiet maħtura Segretarju Parlamentari. Fl-1996, ġiet inkarigata tieħu ħsieb id-Drittijiet tan-Nisa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Helena Dalli hija wkoll l-ewwel mara tal-Partit Laburista li ġiet eletta minn żewġ distretti elettorali. Dan seħħ fl-elezzjoni ġenerali tal-2008. Kandidati nisa oħra qabilha kienu kkontestaw fuq żewġ distretti iżda ma ġewx eletti minnhom it-tnejn.

Myriam Spiteri Debono ntgħażlet bħala l-ewwel Speaker mara tal-Kamra tad-Deputati fl-1996 ukoll.

F’April 2003, Giovanna Debono ngħatat il-portafoll bħala Ministru għal Għawdex, filwaqt li Dolores Cristina ngħatat il-kariga ta’ Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali. Fir-reshuffle tal-2004, fil-gvern ta’ Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru, Giovanna Debono żammet il-portafoll preċedenti tagħha, filwaqt li Dolores Cristina ġiet maħtura Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, u mbagħad Ministru għall-Edukazzjoni, filwaqt li Helen D'Amato nħatret Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Rudolf, Uwe Jens; Berg, Warren G. (2010). Historical Dictionary of Malta. Scarecrow Press. p. 14. ISBN 9780810873902.