Emerson Ferreira da Rosa
Emerson Ferreira da Rosa (twieled fl-4 ta' April 1976), magħruf sempliċiment bħala Emerson, huwa eks-plejer tal-futbol Brażiljan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" minħabba l-movimenti felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Emerson Ferreira da Rosa | ||
Twelid | 4 ta' April 1976 Pelotas, Brażil | ||
Tul | 1.84 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1992–1993 | Grêmio | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1994–1997 | Grêmio | ||
1997–2000 | Bayer Leverkusen | ||
2000–2004 | Roma | ||
2004–2006 | Juventus | ||
2006–2007 | Real Madrid | ||
2007–2009 | Milan | ||
2009 | Santos | ||
2016 | Miami Dade | ||
Tim nazzjonali | |||
1997–2006 | Brażil |
Karriera
immodifikaWara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen, Emerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Supertazza Taljana fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-istaġun 2003–04, wasslu għal klabbs bħal Juventus kif ukoll Real Madrid biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ Fabio Capello biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun Ewro. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid Ramon Calderon, qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.
Fil-21 ta' Awissu 2007, Milan uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.[1] Id-debutt wasal fis-Supertazza Ewropea meta' Milan rebħu lil Sevilla 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu. Nhar il-21 ta' April 2009 hu u l-klabb Milanist waslu fi qbil unanimu li jħassru l-kuntratt minħabba raġunijiet personali.[2]
Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' Santos, tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.
Internazzjonali
immodifikaEmerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.
Referenzi
immodifika- ^ Welcome Puma! - AC Milan.com
- ^ "Emerson Leaves Milan Through Mutual Consent" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-04-21. Miġbur 2009-04-21.
Ħoloq esterni
immodifika- Emerson Ferreira da Rosa – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Emerson Ferreira da Rosa fuq National-Football-Teams.com