Zoran Tošić

futboler Serb

Zoran Tošić (twieled fit-28 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Serb li attwalment jilgħab mat-tim ta' Tobol.

Zoran Tošić

Zoran Tošić fl-2011
Informazzjoni personali
Twelid28 ta' April 1987 (1987-04-28) (36 sena)
ZrenjaninSerbja
Tul1.71 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliTobol
Numru87
Mixtliet
Proleter Zrenjanin
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2005Mladost Lukićevo
2005–2006Budućnost Banatski Dvor
2006–2007Banat Zrenjanin
2007–2009Partizan
2009–2010Manchester United
2010Köln (self)
2010–2017CSKA Moscow
2017–2020Partizan
2020Taizhou Yuanda
2020–Tobol
Tim nazzjonali
2007–2016Serbja

Karriera immodifika

Imwieled fi Zrenjanin, il-Jugożlavja, Tošić beda l-karriera tiegħu fil-kamp tal-futbol ma' Proleter Zrenjanin, qabel ma' ngħaqad ma' Budućnost Banatski Dvor f'nofs l-istaġun 2005–06. Dawn iż-żewġ timijiet ingħaqdu flimkien biex iffurmaw lil FK Banat Zrenjanin, li bħalissa jinsabu jilgħabu fil-kampjonat Serb. F'25 dehra ma' Banat, Tošić skorja darbtejn u għen lit-tim biex jevita r-relegazzjoni.

Il-prestazzjonijiet ta' Tošić kemm fuq bażi domestika ma' Banat u anki dik internazzjonali mas-Serbja wassluh biex jiġbed diversi klabbs Ewropej fuqu. Nhar is-6 ta' Awwissu 2007, Tošić iffirma kuntratt professjonali ta' erba' snin ma' FK Partizan.

Nhar it-22 ta' Novembru 2008, il-gazzetta Ingliża Daily Mail ħabbret li kien hemm diġà negozjati bejn FK Partizan u t-tim Ingliż ta' Manchester United biex Tošić jingħaqad maċ-ċampjins Ewropej fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2009.[1] Dan il-qbil kien suġġett għal applikazzjoni b'suċċess għall-permess tax-xogħol hekk kif il-plejer ma kienx lagħab il-75% tal-partiti tat-tim nazzjonali f'dik l-aħħar sena. Minkejja xniegħat li n-negozjati kienu waqfu wara nuqqas ta' qbil fuq it-termini presonali ta' Tošić, it-trasferiment ġie finalizzat nhar it-2 ta' Jannar 2009, b'kemm Tošić u sieħbu f'Partizan Adem Ljajić jingħaqdu ma' United. Tošić se jilgħab bil-flokk numru 14.[2] Tošić iddebutta ma' Manchester United nhar l-24 ta' Jannar 2009, meta daħal bħala sostitut għal Cristiano Ronaldo kontra Tottenham Hotspur, partita valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup 2008–09. Fil-partita segwenti, iddebutta għall-ewwel darba fil-kampjonat Ingliż meta daħal bħala sostitut għal Dimitar Berbatov fir-rebħa ta' 5–0 li United għamlu fuq West Bromwich Albion.

Internazzjonali immodifika

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2007 f'isem is-Serbja, hu ngħata l-ewwel sejħa mat-tim tal-kbar fejn iddebutta fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Finlandja u l-Portugall. L-ewwel gowls internazzjonali tiegħu waslu fit-12 ta' Awwissu 2009 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel meta skorja żewġ gowls fir-rebħa ta' 3–1.

Referenzi immodifika

  1. ^ "United in £8m swoop for Serbian midfielder Tosic" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2008-11-22. Miġbur 2009-01-03.
  2. ^ "Man Utd sign up Tosic and Ljajic" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-01-02. Miġbur 2009-01-03.

Ħoloq esterni immodifika