Thomas Vermaelen
Thomas Vermaelen (twieled fl-14 ta' Novembru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Belġjan li attwalment huwa l-assistent tat-tim nazzjonali tal-Belġju.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 14 ta' Novembru 1985 Kapellen, Belġju | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Difensur ċentrali | ||
Numru | 25 | ||
Mixtliet | |||
1991–1999 | Germinal Ekeren | ||
1999–2000 | Germinal Beerschot | ||
2000–2003 | Ajax | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2009 | Ajax | ||
2004–2005 | → RKC Waalwijk (self) | ||
2009–2014 | Arsenal | ||
2014–2019 | Barcelona | ||
2016–2017 | → Roma (self) | ||
2019–2021 | Vissel Kobe | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2021 | Belġju |
Karriera
immodifikaVermaelen beda l-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu mat-tim ta' Germinal Ekeren, li aktar tard tbiddel l-isem tal-klabb għal Germinal Beerschot wara l-fużjoni.
Fis-sena 2000 ingħaqad mal-akkademja tal-klabb Olandiż ta' Ajax. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-15 ta' Frar 2004, fir-rebħa barra minn darhom ta' 2–0 kontra Volendam. Madanakollu din kienet l-uniku partita tiegħu għal dak l-istaġun, staġun li ra lil Ajax jiġu nkurnati ċampjins Olandiżi. Għall-istaġun 2004–05 ġie msellef lil RKC Waalwijk, fejn għamel tlettax-il dehra u skorja żewġ gowls.
Ir-ritorn tiegħu ma' Ajax, żblokka l-opportunitajiet mal-ewwel tim fejn mal-klabb rebaħ it-Tazza Olandiża. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal sejħa mat-tim nazzjonali Belġjan. Ajax rebħu l-Johan Cruijff Schaal u Tazza Olandiża oħra fl-istaġun ta' wara u fl-2007, reġgħu rebħu għat-tieni sena konsekuttiva t-Tazza Super Olandiża. Bit-tluq ta' Klaas-Jan Huntelaar, Vermaelen kiseb il-faxxa ta' kaptan għall-istaġun 2008–09.
Vermaelen iffirma mal-klabb Ingliż ta' Arsenal nhar id-19 ta' Ġunju 2009, għal somma inizzjali ta' €10 miljum, li tista' titla' sa' €12-il miljun skont l-inċentivi.[1] Fl-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat Ingliż kontra Everton fil-15 ta' Awwissu 2009 hu skorja l-ewwel gowl tiegħu b'permezz ta' daqqa ta' ras minn frikik ta' Robin Van Persie. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, Vermaelen sab ix-xibka għall-ewwel darba fiċ-Champions League mal-Arsenal—gowl tal-pari kontroversjali kontra l-klabb Belġjan ta' Standard Liège. Arsenal rebħu dan il-konfront 3–2. Nhar id-19 ta' Settembru 2009, Vermaelen skorja doppjetta fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic ġewwa l-Emirates, u ta' dan ingħata l-unur tal-Plejer tal-Partita. Fi tmiem l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ingilterra hu ġie magħżul fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[2]
Statistika
immodifika- (aġġornati sal-15 ta' Awwissu 2010)
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza[3] | Ewropa | Total | ||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | ||
Ajax | 2003–04 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 |
RKC Waalwijk (self) | 2004–05 | 13 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 3 | 0 |
Ajax | 2005–06 | 29 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | 34 | 2 | 0 |
2006–07 | 24 | 0 | 0 | 3 | 0 | 0 | 7 | 0 | 0 | 34 | 0 | 0 | |
2007–08 | 20 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 22 | 1 | 0 | |
2008–09 | 31 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 9 | 1 | 0 | 40 | 5 | 0 | |
Total | 118 | 10 | 0 | 3 | 0 | 0 | 23 | 1 | 0 | 144 | 11 | 0 | |
Arsenal | 2009–10 | 33 | 7 | 1 | 1 | 0 | 0 | 11 | 1 | 1 | 45 | 8 | 2 |
2010–11 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | |
2011–12 | 29 | 6 | 1 | 4 | 0 | 0 | 7 | 0 | 1 | 40 | 6 | 2 | |
2012–13 | 24 | 0 | 0 | 3 | 1 | 0 | 7 | 0 | 0 | 34 | 1 | 0 | |
Total | 91 | 13 | 3 | 8 | 1 | 0 | 25 | 1 | 2 | 124 | 15 | 5 | |
Total tal-karriera | 203 | 23 | 3 | 30 | 2 | 0 | 49 | 2 | 2 | 282 | 27 | 5 |
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Ajax
- Tazza tal-Olanda: 2005–06, 2006–07
- Johan Cruijff-schaal: 2006, 2007
- Arsenal
- FA Cup: 2013–14
- Barcelona
- La Liga: 2014–15, 2015–16
- Copa del Rey: 2015–16
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2015
Individwali
immodifika- Tim tas-Sena tal-Premier League tal-PFA: 2009–10
Referenzi
immodifika- ^ "Thomas Vermaelen joins Arsenal" (bl-Ingliż). AFC Ajax. 2009-06-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-15. Miġbur 2009-06-19.
- ^ "Wayne Rooney leads the charge as Manchester United dominate PFA Team of the Year" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2010-04-27.
- ^ Tinkludi l-FA Cup, il-League Cup u l-FA Community Shield.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Thomas Vermaelen (Thomas Vermaelen) |
- Thomas Vermaelen fuq Twitter
- Thomas Vermaelen fuq National-Football-Teams.com