Velimir Khlebnikov
Viktor Vladimirovich Khlebnikov, magħruf aħjar bl-isem tal-pinna Velimir Khlebnikov (bir-Russu: Велими́р Хле́бников, IPA: [vʲɪlʲɪˈmʲir ˈxlʲɛbnʲɪkəf][1]; twieled fid-9 ta’ Novembru [jew fit-28 ta’ Ottubru] 1885 – miet fit-28 ta’ Ġunju 1922), kien poeta u drammaturgu Russu, parti ċentrali tal-moviment Futurista Russu, iżda x-xogħol u l-influwenza tiegħu kienu estiżi iktar lil hinn mill-moviment. Il-lingwista influwenzali Roman Jakobson faħħar lil Khlebnikov bħala "l-ikbar poeta tad-dinja tas-seklu tagħna".[2][3]
Velimir Khlebnikov | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Malye Derbety (en) , 28 Ottubru 1885 (in Julian calendar), 9 Novembru 1885, 1885 |
Nazzjonalità |
Imperu Russu Repubblika Sovjetika Federali Soċjalista Russa |
Residenza |
59, Triq Kalinin dar f’Oulianov |
Mewt | Ruchi, Krestetsky District (en) , 28 Ġunju 1922 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta’ Novodevichy |
Kawża tal-mewt | (mard kardjovaskulari) |
Familja | |
Missier | Vladimir Khlebnikov |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Russu |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta kittieb drammaturgu prożatur disinjatur |
Parteċipant
| |
Sħubija |
Supremus Chairman of the Globe (en) |
Moviment |
Futuriżmu Russu futuriżmu |
Psewdonomu | Велимир Хлебников |
Moviment artistiku | poeżija |
Bijografija
immodifikaViktor Vladimirovich Khlebnikov twieled fl-1885 f’Malye Derbety, il-Governorat ta’ Astrakhan, l-Imperu Russu (attwalment Kalmykia). Huwa kellu dixxendenza Russa, Armena u Żaporożjana.[4] Oħtu ż-żgħira, Vera Khlebnikova, kienet artista. Huwa ċċaqlaq lejn Kazan, fejn attenda l-iskola. Imbagħad attenda l-iskola f’San Pietruburgu. Eventwalment irtira mill-iskola biex isir kittieb full-time. L-iktar xogħlijiet bikrin tiegħu jmorru lura għall-1908.[3]
Fl-1909-1910, huwa ltaqa’ ma’ dawk li iktar ’il quddiem saru Futuristi Russi: Vasily Kamensky, David Burliuk, u Vladimir Mayakovsky.[3] F’qasir żmien, Khlebnikov issieħeb f’Hylaea, l-iktar grupp Futurista Russu sinifikanti (flimkien ma’ Mayakovsky, Aleksei Kruchenykh, David Burliuk u Benedikt Livshits). Madankollu, hu kien diġà kiteb bosta poeżiji sinifikanti qabel ma ssawwar il-moviment Futurista fir-Russja. Fost il-poeti ta’ żmienu, huwa kien meqjus bħala "poeta tal-poeti" (Mayakovsky irrefera għalih bħala "poeta għall-produtturi") u ġenju antikonformista. Khlebnikov kien involut fil-pubblikazzjoni ta’ A Slap in the Face of Public Taste fl-1912, li kienet komponent kritiku tal-poeżija tal-Futuriżmu Russu.[5]
Khlebnikov huwa magħruf għal poeżiji bħal "Incantation by Laughter", "Bobeobi Sang The Lips", "The Grasshopper" (kollha tal-1908-1909), "Snake Train" (1910), il-prologu tal-opra Futurista Victory over the Sun (1913), reċti bħal "Death's Mistake" (1915), xogħlijiet tal-proża bħal "Ka" (1915), u l-hekk imsejħa 'super storja' (сверхповесть) "Zangezi", xorta ta’ dramm estatiku miktub parzjalment b’lingwi vvintati tal-allat u tal-għasafar. Huwa ppubblika Selected Poems with Postscript, 1907-1914 għall-ħabta tal-1914 u Kazimir Malevich u Pavel Filonov kienu l-koillustraturi.[5]
Fix-xogħol tiegħu, Khlebnikov sperimenta bil-lingwa Russa, u serraħ fuq l-għerq tagħha biex jivvinta għadd kbir ta’ neoloġiżmi, kif ukoll biex isib sinifikat fl-għamliet u fil-ħsejjes tal-ittri individwali taċ-Ċirilliku. Flimkien ma’ Kruchenykh, huwa ħalaq iż-zaum, lingwa li tisfida t-traduzzjoni, li probabbilment tintuża mill-għasafar.
Huwa kiteb esejs futuroloġiċi dwar affarijiet bħall-evoluzzjoni possibbli tal-komunikazzjoni tal-massa ("The Radio of the Future"), it-trasport u l-abitazzjonijiet ("Ourselves and Our Buildings"). Huwa ddeskriva dinja fejn in-nies jgħixu u jivvjaġġaw f’kubi tal-ħġieġ mobbli li jistgħu jeħlu ma’ oqfsa qishom skyscrapers, u li fihom l-għarfien uman kollu jista’ jiġi disseminat fid-dinja kollha permezz tar-radju u jintwera awtomatikament fuq skrins kbar b’għamla ta’ kotba enormi fit-toroq. Fl-1912, huwa ppubblika wkoll metodu għat-tbassir tal-avvenimenti storiċi; eżempju milli taha kien "il-waqgħa ta’ imperu fl-1917".[3]
Għalkemm Khlebnikov kien appoġġa r-Rivoluzzjoni Russa tal-1917 u kkondivida ħafna mill-viżjonijiet utopiċi tagħha, ix-xogħlijiet tiegħu ġew ikkritikati mis-Sovjetiċi peress li ma kinux jikkonformaw mal-istrutturi tar-realiżmu Soċjalista.[6]
Fl-1921, huwa seta’ jivvjaġġa lejn il-Persja; mimli eċitament mal-wasla tiegħu, huwa kiteb għadd ta’ poeżiji fejn irrakkonta avvenimenti eċitanti u dak li ra madwaru.[7] Huwa għamel ħbieb ukoll ma’ diversi dervixi. Khlebnikov kien imġiegħel imur lura r-Russja f’Awwissu ta’ dik is-sena.
Fl-aħħar snin tiegħu, Khlebnikov kien imsaħħar mill-mitoloġija Slava u n-numeroloġija ta’ Pitagora, u fassal "Tables of Destiny" (tabelli tad-destin) twal fejn iddekompona intervalli u dati storiċi f’funzjonijiet tan-numri 2 u 3.
Khlebnikov miet waqt li kien mistieden f’dar ħabib tiegħu, Pyotr Miturich, ħdejn Kresttsy, f’Ġunju 1922. Ma kien hemm l-ebda dijanjosi medika tal-aħħar marda tiegħu; huwa kien ibati mill-kankrena u l-paraliżi (milli jidher ma kienx irkupra l-użu ta’ riġlejh wara li ddaħħal l-isptar ta6 Kharkov fl-1920), u ġie ssuġġerit li huwa miet minn avvelenament tad-demm jew sepsi.[8]
Pjaneta minuri, 3112 Velimir, ġiet imsejħa għalih. Din ġiet skoperta mill-astronomu Sovjetiku Nikolai Stepanovich Chernykh fl-1977.[9]
Xogħlijiet
immodifika- Poeżiji twal
- 1910: “Snake Train”
- 1913: Prologu għall-opra Futurista Victory over the Sun
- Reċti
- 1912: The Little Devil[10]
- Kotba
- 1912: Teacher and Student. Conversation[11]
- 1914: Roar! Gauntlets, 1908–1914[12]
- 1915: Death’s Mistake
- 1921: Washerwoman u poeżiji oħra
- 1922: Zangezi (сверхповесть)
- Proġett tar-Radju
- 1921: The Radio of the Future[13]
- Stejjer qosra
- 1913: “Nikolai”[14]
Referenzi
immodifika- ^ Ġieli Romanizzati wkoll bħala Velemir u Chlebnikov, Hlebnikov, jew Xlebnikov.
- ^ "Якобсон Р. Воспоминания о Велимире Хлебникове". literatura5.narod.ru. Miġbur 2021-06-28.
- ^ a b ċ d "Velimir Khlebnikov - Monoskop". monoskop.org. Miġbur 2021-06-28.
- ^ James R. Russell, "The Black Dervish of Armenian Futurism," Journal of Armenian Studies, 10.
- ^ a b "Selected Poems with Postscript, 1907–1914". www.wdl.org. 1914. Miġbur 2021-06-28.
- ^ Cooke, Raymond (1987). Velimir Khlebnikov: A Critical Study. Cambridge University Press. p. 2.
- ^ Khlebnikov, Velimir (1985). Douglas, Charlotte (ed.). The King of Time: Selected Writings of the Russian Futurian. Translated by Schmidt, Paul. Harvard University Press. p. 39.
- ^ Collected Works of Velimir Khlebnikov: Letters and Theoretical Writings (Harvard University Press, 1987; ISBN 0674140451), p. 33, n. 98.
- ^ Lutz Schmadel (2003). Dictionary of Minor Planet Names (5 ed.). Springer. ISBN 3-540-00238-3.
- ^ "Creations, 1906–1908". www.wdl.org. 1912. Miġbur 2021-06-28.
- ^ "Teacher and Student. Conversation". www.wdl.org. 1912. Miġbur 2021-06-28.
- ^ "Roar! Gauntlets, 1908–1914". www.wdl.org. 1914. Miġbur 2021-06-28.
- ^ "The Radio of the Future (radio project, 1921) — Velimir Khlebnikov". Last.fm (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-28.
- ^ Brown, Clarence (1993-01-01). The Portable Twentieth-century Russian Reader. Penguin. ISBN 9780142437575.