Trojja

belt antika Omerika u sit arkeoloġiku fil-Majjistral tal-Asja Minuri, attwalment fit-Turkija

Trojja (bil-Grieg: Τροία; bl-Ingliż: Troy) jew Ilium (bil-Grieg: Ίλιον) kienet belt antika li kienet tinsab f'Hisarlik, illum il-ġurnata fit-Turkija, 30 kilometru fil-Lbiċ ta' Çanakkale. Il-belt hija magħrufa bħala l-post fejn hija ambjentata l-ġrajja tal-mitoloġija Griega tal-Gwerra ta' Trojja.

Is-sit arkeoloġiku ta' Trojja

Fil-letteratura tal-Greċja Antika, Trojja hija deskritta bħala renju setgħan ta' Żmien l-Eroj, era mitika meta l-mostri kienu jgħixu fid-Dinja u l-allat kienu jinteraġixxu direttament mal-bnedmin. Il-belt jingħad li kienet mexxiet it-Troadi sal-Gwerra ta' Trojja, meta sfat meqruda għalkollox mill-Griegi. Il-ġrajja tal-qerda tagħha kienet waħda mill-pedamenti tal-mitoloġija u tal-letteratura Griega, u tissemma b'mod prominenti fl-Ilijade u fl-Odissea, kif ukoll f'bosta poeżiji u reċti oħra. Il-legat tagħha kellha rwol importanti fis-soċjetà Griega, b'ħafna familji prominenti jsostnu li kellhom dixxendenza minn dawk li kienu ġġieldu hemmhekk. Fiż-żmien arkajku, inbniet belt ġdida fis-sit fejn Trojja leġġendarja kien jingħad li kienet stabbilita. Fiż-żmien Klassiku, din il-belt saret destinazzjoni turistika, fejn il-viżitaturi kienu jagħtu l-offerti tagħhom lill-eroj leġġendarji.

Sal-aħħar tas-seklu 19, l-istudjużi kienu jqisu l-Gwerra ta' Trojja bħala leġġenda sħiħa. Madankollu, mill-bidu tal-1871, Heinrich Schliemann u Frank Calvert skavaw is-sit tal-belt taż-żmien Klassiku, u taħt il-fdalijiet tagħha sabu bosta insedjamenti bikrin oħra. Diversi minn dawn is-saffi qishom rappreżentazzjonijiet letterarji ta' Trojja, u dan wassal biex xi studjużi kkonkludew li hemm xi xrara ta' verità qalb il-leġġendi ta' Trojja. Skavi sussegwenti minn oħrajn żiedu mal-fehim modern tas-sit, għalkemm ir-relazzjoni preċiża bejn il-leġġenda u r-realtà għadha xejn mhi ċara.

Is-sit arkeoloġiku ta' Trojja jikkonsisti minn disa' saffi ewlenin, bl-iktar saff bikri jmur lura għal Żmien il-Bronż Bikri, u l-aħħar wieħed minn Żmien il-Biżantini. Il-belt mitika tiġi identifikata tipikament ma' wieħed mis-saffi ta' Żmien il-Bronż Aħħari, bħal Trojja VI, Trojja VIIa, jew Trojja VIIb. Is-sit arkeoloġiku huwa miftuħ għall-pubbliku bħala destinazzjoni turistika, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[1]

IsemEdit

Bil-Grieg Klassiku, il-belt kienet tissejjaħ kemm Troia (Τροία) kif ukoll Ilion (Ἴλιον) jew Ilios (Ἴλιος). L-evidenza metrika mill-Ilijade u mill-Odissea ta' Omeru tissuġġerixxi li l-isem tal-aħħar oriġinarjament kien ippronunzjat Wilios. Dawn l-ismijiet jaf imorru lura għal Żmien il-Bronż, kif issuġġerit minn rekords tal-Ittiti li jagħmlu referenza għal belt fil-Majjistral tal-Anatolja msejħa 𒌷𒃾𒇻𒊭 Wilusa jew 𒋫𒊒𒄿𒊭 Truwisa;[2][3][4][5] fil-mitoloġija Griega, dawn l-ismijiet kien jingħad li kienu joriġinaw mill-ismijiet tal-fundaturi tar-renju, Tros u ibnu Ilus.[6][7]

Bil-Latin, il-belt kienet tissejjaħ Troia jew Ilium.

Trojja leġġendarjaEdit

 
Pittura tas-seklu 18 tal-qerda leġġendarja ta' Trojja.

The main literary work set at Troy is the Iliad, an Archaic-era epic poem which tells the story of the final year of the Trojan War. The Iliad portrays Troy as the capital of a rich and powerful kingdom. In the poem, the city appears to be a major regional power capable of summoning numerous allies to defend it.[8]

The city itself is built on a steep hill, protected by enormous sloping stone walls, rectangular towers, and massive gates whose wooden doors can be bolted shut. The city's streets are broad and well-planned. At the top of the hill is the Temple of Athena as well as King Priam's palace, an enormous structure with numerous rooms around an inner courtyard.[9][10]

In the Iliad, the Achaeans set up their camp near the mouth of the Scamander river, where they beached their ships. The city itself stood on a hill across the plain of Scamander, where much of the fighting takes place.[11]

Besides the Iliad, there are references to Troy in the other major work attributed to Homer, the Odyssey, as well as in other ancient Greek literature (such as Aeschylus's Oresteia). The Homeric legend of Troy was elaborated by the Roman poet Virgil in his Aeneid. The fall of Troy with the story of the Trojan Horse and the sacrifice of Polyxena, Priam's youngest daughter, is the subject of a later Greek epic by Quintus Smyrnaeus ("Quintus of Smyrna").

The Greeks and Romans took for a fact the historicity of the Trojan War and the identity of Homeric Troy with a site in Anatolia on a peninsula called the Troad (Biga Peninsula). Alexander the Great, for example, visited the site in 334 Q.K. and there made sacrifices at tombs associated with the Homeric heroes Achilles and Patroclus.

Saffi arkeoloġiċiEdit

 
Mappa skematika tas-sit arkeoloġiku ta' Trojja
Didaskalija tal-mappa skematika
1: Id-Daħla 2: Il-Ħajt tal-Belt 3: Il-Megaron 4: Id-Daħla FN 5: Id-Daħla FO 6: Id-Daħla FM u r-Rampa 7: Id-Daħla FJ 8: Il-Ħajt tal-Belt 9: Il-Megaron 10: Il-Ħajt tal-Belt 11: Id-Daħla S VI. 12: It-Torri H VI. 13: Id-Daħla R VI. 14: It-Torri G VI. 15: Il-Bir-Ġibjun 16: Id-Daħla T ta' Dardanos VI. 17: It-Torri I VI. 18: Id-Daħla U VI. 19: Id-Dar A VI. 20: Il-Palazz-Maħżen M VI. 21: Id-Dar tal-Pilastri 22: Id-Dar bil-Kolonni F VI. 23: Id-Dar C VI. 24: Id-Dar E VI. 25: Il-Maħżen VII. 26: It-Tempju ta' Atena 27: Il-Propylaeum 28: Il-Ħajt Estern tal-Qorti 29: Il-Ħajt Intern tal-Qorti 30: Il-Maqdes 31: L-Impjant tal-Ilma 32: Il-Bouleuterion 33: L-Odeon 34: Il-Banju

Is-sit arkeoloġiku ta' Trojja jikkonsisti mill-għolja ta' Hisarlik u l-għelieqi ta' taħtha lejn in-Nofsinhar. L-għolja hija fil-fatt tumbata artifiċjali tat-tajn u l-ħamrija, magħmula minn strati li fihom il-fdalijiet li tħallew minn iktar minn tliet millenji ta' okkupazzjoni umana. Id-diviżjonijiet primarji fost is-saffi huma ddeżinjati b'numri Rumani, b'Trojja I tirrappreżenta l-eqdem saff u Trojja IX tirrappreżenta l-iżjed saff reċenti. Is-sottosaffi huma distinti b'ittri żgħar (eż. VIIa u VIIb) u iktar sottodiviżjonijiet b'numri (eż. VIIb1 u VIIb2). Saff ewlieni addizzjonali magħruf bħala Trojja 0 huwa eqdem minn dawk li inizjalment ingħataw deżinjazzjonijiet b'numri Rumani.

Is-saffi ngħataw dati relattivi permezz tat-tqabbil tal-artefatti li nstabu fihom ma' dawk li nstabu f'siti oħra. Madankollu, mhux dejjem huwa possibbli li jingħataw dati assoluti minħabba limitazzjonijiet fir-reqqa tad-datazzjoni tal-karbonju C14.[12]

Is-saffi tas-sit arkeoliġiku ta' Trojja
Saff Bidu Tmiem Perjodu
Trojja 0 għall-ħabta tal-3600-3500 Q.K. 3000 Q.K. LSA u EB 1 bikri tal-Punent tal-Anatolja
Trojja I 3000 Q.K. 2550 Q.K. EB 1 aħħari tal-Punent tal-Anatolja
Trojja II 2500 Q.K. 2300 Q.K. EB 2 tal-Punent tal-Anatolja
Trojja III 2300 Q.K. 2200 Q.K. EB 3 aħħari tal-Punent tal-Anatolja
Trojja IV 2200 Q.K. 2000 Q.K. EB 3 medju tal-Punent tal-Anatolja
Trojja V 2000 Q.K. 1750 Q.K. EB 3 aħħari tal-Punent tal-Anatolja
Trojja VI 1750 Q.K. 1300 Q.K. MBA (Trojja VI bikri) tal-Punent tal-Anatolja

LBA (Trojja VI medju u aħħari) tal-Punent tal-Anatolja

Trojja VIIa 1300 Q.K. 1180 Q.K. LBA tal-Punent tal-Anatolja
Trojja VIIb 1180 Q.K. 950 Q.K. LBA - Żmien id-Dlam tal-Punent tal-Anatolja
Trojja VIII 950 Q.K. 85 Q.K. Trojja Klassiku u Ellenistika
Trojja IX 85 Q.K. 500 W.K. Trojja Rumana

Sit ta' Wirt DinjiEdit

 
Iż-Żiemel ta' Trojja turistiku fid-daħla tas-sit arkeoloġiku ta' Trojja

Is-Sit Arkeoloġiku ta' Trojja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]

ReferenziEdit

  1. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Troy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.
  2. ^ Korfmann, Manfred O. (2007). Winkler, Martin M (ed.). Troy: From Homer's Iliad to Hollywood Epic. Oxford, England: Blackwell Publishing Limited. p. 25. ISBN 978-1-4051-3183-4.
  3. ^ Burney, Charles (2004). "Wilusa". Historical dictionary of the Hittites. Metuchen, N.J: Scarecrow Press. p. 311. ISBN 978-0-8108-4936-5.
  4. ^ R. S. P. Beekes, Etymological Dictionary of Greek, Brill, 2009, p. 588.
  5. ^ Said, Suzanne; Webb, Ruth (2011). Homer and the Odyssey. Oxford University Press. p. 77.
  6. ^ Diodorus Siculus, Bibliotheca historica 4.75.3
  7. ^ Virġilju, Enejide 6.637-678
  8. ^ Ilijade: it-Tieni Ktieb, il-Vers 160.
  9. ^ Bryce, Trevor (2005). The Trojans and their Neighbours. Taylor & Francis. pp. 59–61. ISBN 978-0-415-34959-8.
  10. ^ "Dictionary of Greek and Roman Geography (1854), IABA´DIUS, IERABRI´GA, I´LIUM". www.perseus.tufts.edu. Miġbur 2022-04-02.
  11. ^ Cenker, Işil Cerem; Thys-Şenocak, Lucienne (2008). Shopes, Linda; Hamilton, Paula (eds.). Oral History and Public Memories. Philadelphia, PA: Temple University Press. p. 76. ISBN 978-1-59213-141-9.
  12. ^ Yakar, Jak (1979). "Troy and Anatolia Early Bronze Age Chronology". Anatolian Studies. 29: 52.