Torri ta' Xrobb l-Għaġin

(Rindirizzat minn Torri ta' Xrob l-Għaġin)

It-Torri ta' Xrobb l-Għaġin, oriġinarjament magħruf bħala Torre di Siuarep,[1] huwa torri tal-għassa mġarraf fir-ras tal-promontorju ta' Xrobb l-Għaġin, limiti ta' Marsaxlokk, Malta. Inbena fl-1659 bħala t-tmien torri ta' De Redin. Fl-1761 inbnew madwaru żewġ redans.[2] It-torri issa huwa kwazi meqrud għalkollox peress li nbena minn ġebla tal-franka globigerina li hija suxxettibbli għall-erożjoni biż-żmien. Il-fdalijiet tal-bażi difensiva tat-torri magħruf bħala l-iskarpa, kif ukoll il-kontorn ġenerali tal-irfid għadhom jidhru.[3]

Referenzi immodifika

  1. ^ Ġrajjet Malta - It-Tielet Ktieb (bil-Malti) (4 ed.). Sliema: Department of Education. 2006. p. 81.
  2. ^ Zammit, Vincent (1992). Il-Gran Mastri - Ġabra ta' Tagħrif dwar l-Istorja ta' Malta fi Żmienhom - L-Ewwel Volum 1530-1680 (bil-Malti). Valletta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. p. 236.
  3. ^ "Delimara Gas and Power Combined Cycle Gas Turbine and Liquefied Natural Gas receiving, storage and re-gasification facilities - Environmental Impact Assessment - Appendix Two Volume One" (PDF). MEPA. ERSLI Consultants Ltd on behalf of Enemalta Corporation. 20 December 2013. pp. 23–25. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-29 March 2015.