Toni Sant

kittieb u xandar

Toni Sant (imwieled fl-1968) huwa akkademiku Malti u eks preżentatur, produttur u ġurnalist mużikali tar-radju u t-televiżjoni. Huwa Direttur tal-Midja Diġitali u l-Produzzjoni tal-Films fl-Salford University[1] u qabel kien Reader fi Kurazzjoni Diġitali fl-Iskola tal-Arti u Midja Ġdida tal-University of Hull[2] fil-kampus ta' Scarborough, l-Ingilterra.

Toni Sant

Vuċi
Ħajja
Twelid 1968 (55/56 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater New York University Tisch School of the Arts
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni akkademiku
kittieb
xandar
Wikimedian in residence (en) Translate
kuratur
Impjegaturi L-Università ta' Hull  (2004 -  2016)
Wikimedia UK  (2013 -  2015)
L-Università ta' Salford  (2017 -
Xogħlijiet importanti Franklin Furnace and the Spirit of the Avant-garde: A History of the Future (en) Translate
Remembering Rediffusion in Malta: a history without future? (en) Translate
Enrique Tabone: Catalogue Raissoné
Premjijiet
Sħubija British Art Network (en) Translate

Karriera fil-qasam tax-xandir

immodifika

Twieled f'Malta fl-1968. Għal bosta snin, leħnu kien sinonimu max-xandir f'Malta fejn ħejja diversi programmi kemm għar-radju u għat-televixin. Għal xi snin, kien involut ukoll fix-xena mużikali lokali permezz tal-grupp Artwork, fost l-oħrajn, kif ukoll mużika għat-teatru.

Fl-1986 beda karriera fil-qasam tax-xandir. Għall-ewwel ħadem fl-iskema student-ħaddiem mal-Media Education Centre, u aktar tard daħal għal xogħol fiss ma' Xandir Malta f'Gwardamangia. Wara perjodu fl-uffiċju tal-liċenzji tat-televixin u l-ħlasijiet għall-Cable Radio, ingħata l-kariga ta' koordinatur editorjali għar-rivista Il-Ġimgha, li qabel u wara ż-żmien li ħadem fuqha hu, kienet magħrufa bħala Il-Gwida. Fis-snin li ħadem f'Xandir Malta huwa ħadem ukoll bħala producer ta' diversi programmi għar-radju u t-televixin. Fost il-programmi tiegħu minn dak iż-żmien jistgħu jissemmew: Kważi Kull Filgħaxija (1988/89), Mill-Garaxx (TVM - 1989/90), Il-Fil tat-Tiġdid (1989), Mal-20 bid-Daqq (1989/90), Immaġina: John Lennon (Radju Malta - 1990), Blast (TVM - 1990), Tutti Frutti (TVM - 1991), u Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa (1991).

F'Diċembru 1991, huwa rriżenja minn Xandir Malta u ftit tal-ġimgħat wara aċċetta l-kariga ta' Programme Manager ma' Radio One Live, stazzjon tar-radju b'liċenzja biex ixandar programmi mitkellma aktar milli mużika. Flimkien mal-aħwa Joe u Godfrey Grima, il-propjetarji tal-istazzjon, huwa organizza dak li effettivament kien l-ewwel talk radio kummerċjali f'Malta.

Aktar tard, huwa pproduċa wkoll diversi programmi għar-radju u t-televixin f'Malta, fosthom Skoss (TV - 1995/96), Bil-Maws f'Idejk (1996), Bricolage (1998) u X'Inhu Għaddej (TV - 2002).

Sa minn Settembru tal-2004, huwa jokkupa l-kariga ta' lecturer fl-iScarborough School of Arts & New Media tal-Università ta' Hull ġewwa r-Renju Unit, fejn jikkoordina u jgħallem fil-programm imsejjaħ Media Performance.

Għalkemm irtira mix-xandir tradizzjonali, riċentament (Awissu 2005) Toni Sant xandar sensiela ta' poddati dwar l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru. Aktar tard, f'Novembru tal-istess sena, beda sensiela ta' poddati dwar ix-xena mużikali Maltija.

Edukazzjoni

immodifika

Toni Sant attenda l-iskola primarja tas-sorijiet Franġiskani "St Elizabeth School" f'Tas-Sliema u l-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl fir-Rabat, kif ukoll il-Liċeo l-Ġdid fl-Imsida fejn studja l-Malti, l-Ingliż u l-filosofija fil-livell avvanzat tal-GCE/Matrikola.

Wara li abbanduna l-karriera tiegħu bħala xandar professjonali f'Malta, Toni Sant beda jsegwi kors universitarju. Huwa ggradwa fl-1996 b’B.A. (Hons.) fl-istudji teatrali mill-Università ta' Malta u wara kompla l-istudji tiegħu f'New York fejn iggradwa b’M.A. fil-Performance Studies fl-1998, kif ukoll b’Ph.D. fl-istess materja fl-2003. Ir-riċerka għad-dottorat tiegħu kienet dwar l-użu kreattiv tal-internet bħala mezz tax-xandir u l-implikazzjonijiet ekonomiċi-politiċi kontemporanji. Parti mir-riċerka tiegħu ġiet ippubblikata f'TDR: The Journal of Performance Studies.

Matul l-istudji tiegħu f'New York, huwa għażel li jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq l-internet u l-aspetti ta' identità kulturali u forom ta' spettaklu marbuta miegħu.

Tnedija tal-MaltaMedia Online Network

immodifika

Fl-1998 huwa waqqaf il-MaltaMedia Online Network, kumpanija rreġistrata f'Malta biex tħaddem numru ta' siti b'tagħrif dwar u/jew minn Malta. Matul is-snin, il-MaltaMedia Online Network offriet servizz tal-aħbarijiet,direttorju ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' Malta, kif ukoll siti oħra dwar il-futbol, il-mużika popolari, u t-temp f'Malta u f’Għawdex.

Referenzi

immodifika
  1. ^ . Salford University -media-academics/toni-sant http://www.salford.ac.uk/arts-media/arts -media-academics/toni-sant Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ . iParadigms Europe. 2014 https://web.archive.org/web/20140715142416/http://www.plagiarismconference.org/conference/keynote-speakers. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-07-15. Miġbur 22 ta' Ġunju 2014. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika