Tom Florie
Thomas Florie (twieled fis-6 ta' Settembru 1897 – miet fis-26 ta' April 1966) kien plejer tal-futbol Amerikan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Thomas Florie | ||
Twelid | 6 ta' Settembru 1897 Harrison, Stati Uniti tal-Amerika | ||
Mewt | 26 ta' April 1966 (68 sena) North Providence | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1921–1922 | Harrison | ||
1922–1924 | American | ||
1924–1928 | Providence | ||
1928–1931 | New Bedford Whalers II | ||
1931 | → Fall River (self) | ||
1931–1932 | → New Bedford Whalers III (self) | ||
1932–1934 | Pawtucket Rangers | ||
1934–?? | Pawtucket | ||
Tim nazzjonali | |||
1925–1934 | Stati Uniti |
Bijografija
immodifikaImwieled fi New Jersey minn ġenituri immigranti Taljani, Florie beda jilgħab il-futbol ta' età żgħira. Madanakollu, is-servizz mal-forzi armati matul l-Ewwel Gwerra Dinjija mblukkat il-bidu tal-karriera tiegħu. Fl-1922, Florie ingħaqad ma' Harrison tal-American Soccer League, però lagħab biss tliet partiti qabel ma lagħab ma' American AA fil-West Hudson Amateur League.[1]
Fl-1924, Florie irritorna lura fl-ASL meta issieħeb ma' Providence. Hemmhekk stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fil-kampjonat. Fl-1928, hu beda l-istaġun ma' Providence, li issa kien jissejjaħ Gold Bugs, qabel ma mar ma' New Bedford Whalers II. Aktar tard ingħaqad ma' Fall River, però t-tim dam biss sal-istaġun tar-rebbiegħa qabel ma twaħħad man-New York Yankees biex sar New Bedford Whalers III. Fl-1932, il-Whalers għelbu lil Stix, Baer and Fuller FC 8–5 fil-finali tan-National Challenge Cup ibbażata fuq żewġ logħbiet. Florie skorja gowl f'kull logħba. Florie imbagħad ingħaqad ma' Pawtucket Rangers. Fl-1941, Florie rebaħ it-tieni National Cup tiegħu meta Pawtucket ittrijonfaw fuq Detrot Chrysler, 8–5 totali, bi Florie iħalli l-marka b'gowl.[2]
Mat-tim nazzjonali Amerikan, Florie lagħab tmien logħbiet u skorja darbtejn bejn l-1925 u l-1934. L-ewwel logħba kienet it-telfa ta' 1–0 kontra l-Kanada fis-27 ta' Ġunju 1925. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-tieni logħba kontra l-istess Kanada li ntlagħbet is-sena ta' wara, b'din id-darba l-Istati Uniti joħorġu rebbieħa 6–2. Florie ma ġiex imsejjaħ fl-iskwadra għall-Olimpjadi 1928, però kien fit-tim għat-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien maħtur bħala l-kaptan tat-tim hekk kif l-Istati Uniti nqalgħu fis-semifinali kontra l-Arġentina. L-aħħar logħba internazzjonali kienet fit-telfa fl-ewwel rawnd kontra l-Italja fit-Tazza tad-Dinja 1934.
Fl-1986, Florie ġie imdaħħal fin-National Soccer Hall of Fame.
Referenzi
immodifika- ^ "The Year in American Soccer - 1925". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-02. Miġbur 2012-09-28.
- ^ List of US Open Cup Finals, RSSSF