Tinetto

gżira Taljana

Tinetto hija gżira Taljana li tinsab fil-Golf ta' La Spezia, fin-naħa tal-Lvant tal-Baħar Liguri. Hija parti minn arċipelagu ta' tliet gżejjer qrib ħafna ta' xulxin li sseparaw min-Nofsinhar tal-art kontinentali tal-Italja f'Portovenere. L-ikbar gżira minnhom it-tlieta, Palmaria, tinsab fit-Tramuntana u l-iżgħar gżira jew gżejra, Tinetto, tinsab fin-Nofsinhar.

Tinetto.

Fl-1997, l-arċipelagu, flimkien ma' Portovenere u Cinque Terre, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Organiżmi selvaġġi

immodifika

Sottospeċi tal-gremxula komuni, Podarcis muralis tinettoi, hija endemika għall-gżira.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

Portovenere, iċ-Cinque Terre, u l-gżejjer ta' Palmaria, Tino u Tinetto ġew iddeżinjati flimkien bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2021 saret modifika żgħira fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Portovenere, Cinque Terre, and the Islands (Palmaria, Tino and Tinetto)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.