Thomas Vermaelen (twieled fl-14 ta' Novembru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Belġjan li attwalment huwa l-assistent tat-tim nazzjonali tal-Belġju.

Thomas Vermaelen
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Novembru 1985 (1985-11-14) (39 sena)
Kapellen, Belġju
Tul1.83 m
RwolDifensur ċentrali
Numru25
Mixtliet
1991–1999Germinal Ekeren
1999–2000Germinal Beerschot
2000–2003Ajax
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2009Ajax
2004–2005RKC Waalwijk (self)
2009–2014Arsenal
2014–2019Barcelona
2016–2017Roma (self)
2019–2021Vissel Kobe
Tim nazzjonali
2006–2021Belġju

Karriera

immodifika

Vermaelen beda l-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu mat-tim ta' Germinal Ekeren, li aktar tard tbiddel l-isem tal-klabb għal Germinal Beerschot wara l-fużjoni.

Fis-sena 2000 ingħaqad mal-akkademja tal-klabb Olandiż ta' Ajax. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-15 ta' Frar 2004, fir-rebħa barra minn darhom ta' 2–0 kontra Volendam. Madanakollu din kienet l-uniku partita tiegħu għal dak l-istaġun, staġun li ra lil Ajax jiġu nkurnati ċampjins Olandiżi. Għall-istaġun 2004–05 ġie msellef lil RKC Waalwijk, fejn għamel tlettax-il dehra u skorja żewġ gowls.

Ir-ritorn tiegħu ma' Ajax, żblokka l-opportunitajiet mal-ewwel tim fejn mal-klabb rebaħ it-Tazza Olandiża. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal sejħa mat-tim nazzjonali Belġjan. Ajax rebħu l-Johan Cruijff Schaal u Tazza Olandiża oħra fl-istaġun ta' wara u fl-2007, reġgħu rebħu għat-tieni sena konsekuttiva t-Tazza Super Olandiża. Bit-tluq ta' Klaas-Jan Huntelaar, Vermaelen kiseb il-faxxa ta' kaptan għall-istaġun 2008–09.

Vermaelen iffirma mal-klabb Ingliż ta' Arsenal nhar id-19 ta' Ġunju 2009, għal somma inizzjali ta' €10 miljum, li tista' titla' sa' €12-il miljun skont l-inċentivi.[1] Fl-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat Ingliż kontra Everton fil-15 ta' Awwissu 2009 hu skorja l-ewwel gowl tiegħu b'permezz ta' daqqa ta' ras minn frikik ta' Robin Van Persie. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, Vermaelen sab ix-xibka għall-ewwel darba fiċ-Champions League mal-Arsenal—gowl tal-pari kontroversjali kontra l-klabb Belġjan ta' Standard Liège. Arsenal rebħu dan il-konfront 3–2. Nhar id-19 ta' Settembru 2009, Vermaelen skorja doppjetta fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic ġewwa l-Emirates, u ta' dan ingħata l-unur tal-Plejer tal-Partita. Fi tmiem l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ingilterra hu ġie magħżul fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[2]

Statistika

immodifika
(aġġornati sal-15 ta' Awwissu 2010)
Klabb Staġun Kampjonat Tazza[3] Ewropa Total
Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists
Ajax 2003–04 1 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 0
RKC Waalwijk (self) 2004–05 13 3 0 0 0 0 0 0 0 13 3 0
Ajax 2005–06 29 2 0 0 0 0 5 0 0 34 2 0
2006–07 24 0 0 3 0 0 7 0 0 34 0 0
2007–08 20 1 0 0 0 0 2 0 0 22 1 0
2008–09 31 4 0 0 0 0 9 1 0 40 5 0
Total 118 10 0 3 0 0 23 1 0 144 11 0
Arsenal 2009–10 33 7 1 1 0 0 11 1 1 45 8 2
2010–11 1 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 0
2011–12 29 6 1 4 0 0 7 0 1 40 6 2
2012–13 24 0 0 3 1 0 7 0 0 34 1 0
Total 91 13 3 8 1 0 25 1 2 124 15 5
Total tal-karriera 203 23 3 30 2 0 49 2 2 282 27 5
Ajax
Arsenal
Barcelona

Individwali

immodifika
  • Tim tas-Sena tal-Premier League tal-PFA: 2009–10

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Thomas Vermaelen joins Arsenal" (bl-Ingliż). AFC Ajax. 2009-06-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-15. Miġbur 2009-06-19.
  2. ^ "Wayne Rooney leads the charge as Manchester United dominate PFA Team of the Year" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2010-04-27.
  3. ^ Tinkludi l-FA Cup, il-League Cup u l-FA Community Shield.

Ħoloq esterni

immodifika