Steve Zammit Lupi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Steve Zammit Lupi (Ħaż-Żebbuġ, 25 ta' Awwissu 1995) huwa politiku Malti. Mill-2024 qiegħed iservi bħala l-ħdax-il Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ.
Steve Zammit Lupi | |||
---|---|---|---|
12 Ġunju 2024 - | |||
Ħajja | |||
Familja | |||
Familja |
uri | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku |
Bijografija
immodifikaSteve Zammit Lupi twieled nhar il-25 ta' Awwissu 1995, fl-Isptar San Luqa, Tal-Pietà. Bin Etienne Zammit Lupi minn Tas-Sliema u Elizabeth (Lilibeth) imwielda Farrugia minn Ħaż-Żebbuġ, Steve huwa l-ewwel wild minn tnejn, ħuh Julian li huwa tliet snin iżgħar. L-ewwel Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ Godfrey Farrugia li serva indipendenti bejn l-1993 u l-1999, huwa z-ziju ta' Steve.
Huwa kien student tal-iskola San Andrea, l-Imselliet fil-limiti tal-Imġarr, u kompla bl-istudji tiegħu bejn is-snin 2011 u 2013 fil-Kulleġġ G.F. Abela Junior College, l-Imsida. Wara kiseb il-grad fl-Istudji Ewropej mill-Università ta' Malta.
Politika studenteska
immodifikaKSJC
immodifikaMatul żmienu bħala student G.F. Abela Junior College, Zammit Lupi ssieħeb mal-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) u serva ta' kunsillier fil-KSJC, kunsill tal-istudenti fi ħdan l-istess kulleġġ.
KSU
immodifikaWaqt l-Università reġa' kkontesta u tela' għall-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) mal-istess għaqda.
Attiviżmu
immodifikaSteve huwa attivist favur l-użu tar-roti bħala mezz tat-trasport. Minn ta' età żgħira fehem il-benefiċċji u ilu juża r-rota, tant li hu membru fl-għaqda mhux governattiva ROTA u serva sentejn fi ħdan il-kumitat. ROTA huwa grupp ta' bicycle advocacy, li jitfa' pressjoni lill-awtoritajiet ikkonċernati għal kuxjenza ikbar favur mezzi alternattivi u sostenibbli tat-trasport fil-kuntest lokali Malti.
Politika
immodifikaKunsillier Indipendenti Ħaż-Żebbuġ (2019–2024)
immodifikaZammit Lupi wera x-xewqa li jkompli fil-politika, din id-darba f'beltu. Biex jattwa l-ideat tiegħu lil hinn mill-partiġġjaniżmu kif jiddeskriviha hu, huwa tefa' l-kandidatura tiegħu għall-Kunsill bħala indipendenti. Din kienet deċiżjonijiet li rrikjediet ħsieb, u tefa' n-nomina nofs siegħa biss qabel m'għalqet it-timeframe biex din tintefa', jew erba' ġimgħat qabel l-elezzjoni.
Zammit Lupi huwa tat-twemmin li l-aqwa mod għalih kif jista' jwassal l-ideat li jemmen fihom u jwettaq il-bidliet f'Ħaż-Żebbuġ, kien li jippreżenta lilu nnifsu f'ismu mingħajr jissieħeb ma' partit.
Fl-elezzjoni tal-25 ta' Mejju 2019, Zammit Lupi kiseb 947 vot tal-ewwel preferenza, it-tielet l-iktar wara s-Sindku Malcolm Paul Agius Galea u l-Viċi-Sindku Mark Camilleri.
Sindku Indipendenti Ħaż-Żebbuġ (2024–)
immodifikaGħall-elezzjoni tat-8 ta' Ġunju 2024 għall-Kunsilli Lokali, Zammit Lupi reġa' kkontesta indipendenti, din id-darba ma' ommu Elizabeth (Lilibeth) Zammit Lupi u l-kandidat Joel Chircop. Zammit Lupi kiseb numru rekord ta' voti għal Ħaż-Żebbuġ, b'2,342 vot bħala l-ewwel preferenza. Bil-wirt, ommu Elizabeth (Lilibeth) rebħet ukoll siġġu ieħor. Il-kandidati fl-isem il-Partit Laburista kisbu maġġoranza relattiva b'erba' siġġijiet, imma dan ma kienx biżżejjed li jiġi elett Sindku Laburista, bil-ħames siġġijiet l-oħra mqassmin tlieta għall-kandidati tal-Partit Nazzjonalista u t-tnejn indipendenti, l-omm u iben Zammit Lupi.
Nhar il-21 ta' Ġunju 2024, wara ġimgħa ta' diskussjonijiet ma' rappreżentanti taż-żewġ partiti, intlaħaq qbil b'mod unanimu u appoġġ sħiħ li Steve Zammit Lupi jintgħażel bħala s-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ sal-2029, u b'mod indipendenti. Il-ħatra uffiċjali tal-pożizzjoni ta' Sindku seħħet fit-2 ta' Lulju 2024.
Predeċessur Mark Camilleri |
Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ 2024 – preżent |
Suċċessur |