Godfrey Farrugia (Ħaż-Żebbuġ) huwa tabib, membru tal-Partit Demokratiku u eks Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament. Kien Ministru tas-Saħħa minn Marzu 2013 sa Marzu 2014.

Godfrey Farrugia
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta

21 Ġunju 2017 -
District: District 7 (en) Translate
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Ħaż-Żebbuġ, 4 Mejju 1960 (64 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Kulleġġ ta' San Alwiġi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
tabib

Bin David u Rina, huwa twieled, għex u ħadem l-aktar f'Ħaż-Żebbuġ. Il-formazzjoni żagħżugħa tiegħu ħadha kemm fl-iskejjel tal-gvern u kemm f'tal-Ġiżwiti, iżda wkoll mill-għaqdiet tal-volontarjat, b'mod partikolari l-Iscouts, il-Museum u l-każin tal-banda.

Farrugia kien wieħed mill-pijuniera tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja. Żewġ ħutu, iżgħar minnu, it-tnejn huma tobba. Kien it-tabib tal-familja tagħhom, Dr. Mario Tua, li rnexxielu jħajjarhom b'għemilu biex ilkoll kemm huma jaqbdu din it-triq. Għal Farrugia, "il-professjoni medika hi xjenza li sservi u teduka, hija vokazzjoni li tagħti lilek inifsek lil ħaddieħor."

Farrugia jgħallem il-prattika lill-istudenti fir-raba' sena tal-kors tal-mediċina u tobba oħra li jixtiequ jispeċjalizzaw f' dan il-qasam.

Farrugia jagħti sehem qawwi fil-festa ta' Ħaż-Żebbuġ. "Il-festi tradizzjonali nqishom bħala vetrina tal-mod kif il-poplu Malti hu msawwar: poplu ferrieħi, devot, bieżel u anki artistiku. Xi drabi tennejt fil-pubbliku li jien prodott tal-festi, u dan ngħidu b'ġieħ. Fuq kollox kien missieri David li ntroduċieni għall-festi ta' Ħaż-Żebbug u għeni nifhem is-sehem bla qies tagħhom fil-ħajja komunitarja."

Huwa President Onorarju ta' żewġ soċjetajiet bandistiċi, u President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq, li kien fundatur taghha, u s-Segretarju tal-Għaqda Piroteknika Maltija.

Politika

immodifika

Daħal fil-Politika fl-1993 meta sar l-ewwel Sindku indipendenti ta' Ħaż-Żebbuġ. Dam f'din il-kariga sas-sena 2000. 

Is-sieħba tiegħu, id-dentista Marlene Farrugia, kienet membru parlamentari mal-Partit Laburista sa mill-2008. Il-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat ikkonvinċa lil Godfrey Farrugia biex hu wkoll jikkontesta mal-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Wara li ġie elett ful is-seba' distrett, Farrugia nħatar Ministru tas-Saħħa.[1] Huwa rriżenja mill-kariga ta' Ministru tas-Saħħa f'24 ta' Marzu 2014.[2] F'Jannar 2015 huwa nħatar Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.[3]

Fid-29 ta' April 2017, it-tabib Godfrey Farrugia rriżenja mill-kariga ta' Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.[4] Fl-ittra pubblika indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat, huwa offra ir-riżenja tiegħu, u stqarr li l-fiduċja tal-poplu Malti fil-Partit Laburista ġiet "ttraduta u użata biex tiġi imbuttata l-aġenda tal-ftit, li jidher ċar li m'għandhomx l-Interess Nazzjonali f'qalbhom u wisq inqas f' moħħhom."[5] Ftit jiem wara, Farrugia irriżenja wkoll mill-Partit Laburista u sar membru tal-Partit Demokratiku.

Fit-3 ta' Ġunju 2017, huwa kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali bħala kandidat tal-Partit Demokratiku, imwaqqaf mis-sieħba tiegħu Marlene Farrugia, fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, u kien elett f'elezzjoni każwali.

Referenzi

immodifika
  1. ^ https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Election%20Results/Pages/Test%20-%20Elections%202013/General%20Elections/Dist%207/Count-1-10.aspx
  2. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2014-03-29/news/godfrey-farrugia-resigns-4423811072/
  3. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-19. Miġbur 2017-04-29.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  4. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2014-03-29/news/godfrey-farrugia-resigns-4423811072/
  5. ^ https://www.facebook.com/drgodfreyfarrugia/posts/1385983761440744?comment_id=1386326108073176&notif_t=feed_comment&notif_id=1493482930069678

Ħoloq esterni

immodifika