Stefania Turkewich
Stefania Turkewich-Lukianovych (bl-Ukren: Стефанія Іванівна Туркевич-Лукіянович) (Lviv 25 ta' April 1898 – Cambridge, 8 ta' April 1977) kienet kompożitriċi, pjanista u mużikologa Ukrajna, magħrufa bħala l-ewwel mara kompożitriċi ta' pajjiżha.[1]
Stefania Turkewich | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Lviv, 25 April 1898 |
Nazzjonalità |
Awstrija-Ungerija Repubblika Popolari tal-Ukrajna tal-Punent Ukrainian People's Republic (en) |
Mewt | Cambridge, 8 April 1977 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Konservatorju ta' Lviv Università ta' Vjenna Università ta' Lviv Università Karlu ta' Praga Università tal-mużika u l-arti interpretattivi ta' Vjenna |
Livell tal-edukazzjoni | Dottorat fix-Xjenza |
Lingwi | Ukren |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur pjanist mużikologu għalliem tal-mużika |
Impjegaturi | Konservatorju ta' Lviv |
Strument/i tal-mużika |
pjanu pump organ (en) arpa |
Ix-xogħlijiet tagħha ġew ipprojbiti fil-Ukrajna mill-Unjoni Sovjetika.
Bijografija
immodifikaTfulija
immodifikaStefania twieldet fil-belt ta' Lviv, li kienet fl- Imperu Awstro-Ungeriż, fil-25 ta' April, 1898, ġo familja ta' mużiċisti. In-nannu ta' Stefania (Lev Turkewich) u missierha (Ivan Turkewich) kienu qassisin. Ommha Sofia Kormoshiv (Кормошів) kienet pjanista li studjat ma' Karol Mikuli u Vilém Kurz,u kienet takkumpanja ukoll iż-żagħżugħa Solomija Krušel'nyc'ka [2]. Il-membri tal-familja kollha kienu jdoqqu xi strument; Stefania kienet iddoqq il-pjanu, l-arpa u l-armonju. Aktar tard il-kompożitriċi kitbet dwar it-tfulija tagħha u l-imħabba tagħha għall-mużika b'dan il-kliem [3]:
Fiċ-ċentru ta' kollox kien hemm ommi, li kienet iddoqq il-pjanu bi sbuħija kbira. Bħala tifla kont inħobb nismagħha meta kienet qiegħda ddoqq. Allura aħna ffurmaw orchestra da camera fid-dar tagħna. Konna ndoqqu hekk: missieri l-kontrabaxx, ommi l-pjanu, Lyonyo (Льоньо) fuq il-vjolinċell, jien fuq l-armonju, Marika u Zenko (Марійка і Зенко) il-vjolini. Missieri waqqaf ukoll kor tal-familja. Dawn kienu l-ewwel passi tagħna fid-dinja tal-mużika. Missieri qatt ma kien iqanqaċ fil-flus jew għamel skużi meta ġie għall-ħajja mużikali tagħna. |
Studji
immodifikaStefania bdiet l-istudji mużikali tagħha ma' Vasyl Barvinsky. Mill-1914 sal-1916 studjat Vjenna bħala pjanista ma' Vilém Kurz. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija kompliet l-istudji tagħha fil-Università ta' Lviv ma' Adolf Chybiński, u attendiet ukoll kors fit-teorija tal-mużika fil-Konservatorju ta' Lviv [3].
Fl-1919 ikkomponiet l-ewwel xogħol mużikali tagħha, il-Liturġija (Літургію), li ndaqq bosta drabi fil- Katidral ta' San Ġorġ ta' Lviv [2].
Fl-1921 marret toqgħod Vjenna, fejn setgħet tistudja ma' Guido Adler fl-Università ta' Vjenna u ma' Joseph Marx fl-Università tal-mużika u l-arti interpretattivi ta' Vjenna fejn fl-1923 ħadet id-diploma ta' għalliema [2].
Fl-1925 huwa żżewġet lil Robert Lisovskyi u vvjaġġat miegħu lejn Berlin fejn għexet mill-1927 sal-1930 u studjat ma' Arnold Schönberg u Franz Schreker [3]. Matul dan il-perjodu, fl-1927, twieldet bintha Zoya (Зоя)[4].
Fl-1930 marret Praga fiċ-Ċekoslovakkja, fejn studjat ma' Zdeněk Nejedlý fl-Università ta' Carolina u ma' Otakar Šín fil-Konservatorju ta' Praga. Sudjat ukoll il-kompożizzjoni ma' Vítězslav Novák fl-Akkademja tal-Mużika. Fil-ħarifa tal-1933 kienet tgħallem il-pjanu u saret akkumpanjatriċi fil-Konservatorju ta’ Praga. Fl-1934 iddefendit it-teżi tagħha dwar il-folklor tal-Ukrajna fl-opri Russi [3] u ngħatat id-dottorat fil-mużikoloġija mill-Università Ħielsa Ukrena fi Praga. B'hekk saret l-ewwel mara minn Galicia (li dak iż-żmien kienet parti mill-Polonja) li rċeviet dottorat permezz tar-riċerka[3].
Marret terġa' toqgħod Lviv mill-1934 sal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija fejn għallmet it-teorija tal-mużika u l-pjanu fil-Konservatorju u kienet membru tal-Unjoni tal-Mużiċisti Professjonali Ukreni [2].
It-tieni gwerra dinjija
immodifikaFil-Ħarifa tal-1939, wara l-okkupazzjoni Sovjetika tal-Ukrajna tal-Punent, Stefania kienet impjegata bħala tutur u l-ewwel vjolin fit-Teatru tal-Opra ta' Lviv u mill-1940 sal-1941 kienet professur assoċjat fil-Konservatorju. Wara l-għeluq tal-Konservatorju, minħabba l-okkupazzjoni Ġermaniża, kompliet tgħallem fl-Iskola Statali tal-Mużika. Fil-Ħarifa tal-1944 ħalliet Lviv biex tmur Vjenna[2]. Wara li ħarbet mis-Sovjetiċi fl-1946 marret l-Awstrija t'Isfel u minn hemm l-Italia, fejn it-tieni raġel tagħha, Nartsiz Lukyanovich, kien tabib taħt il-kmand Brittaniku[5].
Fir-Renju Unit
immodifikaFil-Ħarifa tal-1946 Stefania marret ir-Renju Unit u kienet toqgħod Brighton (1947–1951), Londra (1951–1952), Barrow Gurney (viċin Bristol) (1952–1962), Belfast (Irlanda ta' Fuq) (1962–1973) u Cambridge (mill-1973).
Fl-aħħar tas-snin erbgħin tatha għal-kompożizzjoni. Kultant kienet terġa' ddoq fil-pubbliku bħala pjanista, b'mod partikulari fl-1957 f'sensiela ta' kunċerti fil-komunità Ukrena fl-Ingilterra u fl-1959 f'kunċert ta' mużika għall-pjanuforti f'Bristol. Kienet membru tal-British Society of Women-Composers and Musicians (li kien jeżisti sal-1972)[2].
Ix-xogħol tagħha Qalb ta' Oksana indaqq fis-Centennial Concert Hall ta' Winnipeg (Il-Kanada) fl-1970, taħt id-direzzjoni artistika ta' oħtha Irena Turkevycz-Martynec[6].
Wara li kompliet tikkonponi matul is-sbgħinijiet kollha, Stefania Turkewich mietet fit-8 ta' April 1977 f'Cambridge, l-Ingilterra.
Xogħlijiet
immodifikaStefania Turkewich ħallitilna kompożizzjonijiet moderni li però jfakkru fl-għanjiet popolari Ukreni filwaqt li m'għandomx karattru markatament espressionistiku.
Sinfoniji u xogħlijiet orkestrali
immodifika- Симфонія - Sinfonija n. 1 - 1937
- Симфонія n. 2(a) - Sinfonija n. 2(a) - 1952
- Симфонія n. 2(b) (2-гий варіант) - Sinfonija n. 2(b) (it-tieni verżjoni)
- Симфонієта - Sinfonjetta - 1956
- Три Симфонічні Ескізи - Tliet skizzi sinfoniċi - 1975
- Симфонічна поема - Poeżija sinfonika "Il-Ħajja"
- Космічна симфонія - Sinfonija spazjali - 1972
- Сюїта для подвійного струнного оркестру - Suite għal orkestra tal-arki doppja
- Фентезі для подвійного струнного оркестру - Fantasija għal orkestra tal-arki doppja
Balletti
immodifika- Руки - It-Tifla b'ideja midbiela - Bristol, 1957
- Перли - Il-kullana
- Весна (Дитячий балет) - Ir-Rebbiegħa (Ballett għat-tfal) - 1934-35
- Мавка (a) - Mavka, in-ninfa tal-foresta - Belfast, 1964-67
- Мавка (b) - Mavka, in-ninfa tal-foresta (it-tieni verżjoni) - Belfast, 1964-67
- Страхопуд - Naffar tal-għasafar - 1976
Opera lirika
immodifika- Мавка - Mavka (mhux kompluta), ibbażata fuq L-għanja tal-foresta ta' Lesja Ukrainka
Mużika għat-tfal
immodifika- «Цар Ох» або Серце Оксани - Zar Okh jew Il-Qalba ta' Oksana - 1960
- «Куць» - Il-xitan żagħżugħ
- «Яринний городчик» - Ġnien tal-frott - 1969
Korali
immodifika- Літургія - Liturġija - 1919
- Псалом Шептицькому - Salm lil Šeptytsky
- До Бою - L-ewwel waħda fil-battalja
- Триптих - Trittiku
- Колискова (А-а, котика нема) - Tħannina (A, m'hemmx il-qattus) - 1946
Musica da camera strumentali
immodifika- Соната для скрипки і фортепіано - Sonata għal vjolin u pjanu - 1935
- (a) Cтрунний квартет - Kwartett għall-arki - 1960-1970
- (b) Cтрунний кварітето - Kwartett għall-arki (it-tieni verżjoni) - 1960-1970
- Тріо для скрипки, альта і віолончела - Trio għal vjolin, vjola u vjolonċell - 1960-1970
- Квінтет для двох скрипок, альта, віолончела фортепіано - Kwintett għal żewġ vjolin, vjola, vjolinċell u pjanu - 1960-1970
- Тріо для флефти - Trio għan-nifsijiet (flawt, klarinett u fagott) - 1972
Pjanuforti
immodifika- Варіації на Українську тему - Varjazzjonijiet fuq tema Ucraina - 1932
- Фантазія: Суїта фортепянна на Українські теми - Fantasija: suite għall-pjanu fuq temi Ukreni - 1940
- Імпромпту - Impromptu - 1962
- Гротеск - Grottesk - 1964
- Гірська сюїта - Suite tal-muntanja - 1966-68
- Цикл п'єс для дітей - Ċiklu ta' mużika għat-tfal - 1936-1946
- Українські коляди та щедрівки - għanjiet u ščedryk Ukreni
- Вістку голосить - Aħbarijiet Tajba
- Milied mal-Arlekkin - 1971
Varie
immodifika- Серце - Qalb għal vuċi solista mal-orkestra
- Лорелеї - Lorelei għal vuċi tirrakkonta, armonju u pjanu, kliem ta' Lesja Ukrainka - 1919
- Май - Mejju - 1912
- Тема народної пісні - Temi ta' għanjiet popolari
- На Майдані - Pjazza tal-Indipendenza, biċċa għall-pjanu
- Не піду до леса з конечкамі - Лемківська пісня - Kanzunetta Lemka għal vuċi u arki.
Referenzi
immodifika- ^ https://web.archive.org/web/20160322103631/http://www.ukrainianartsong.ca/new-page-1
- ^ a b ċ d e f https://meest-online.com/culture/elehiya-zhyttya/
- ^ a b ċ d e Павлишин, Степанія Стефанівна. Перша українська композиторка: Стефанія Туркевич-Лісовська-Лукіянович, БаК, Lviv 2004.
- ^ http://esu.com.ua/search_articles.php?id=55702
- ^ http://www.ukrainiansintheuk.info/ukr/02/lukianovych-u.htm
- ^ Marunchak, M.H. The Ukrainian Canadians: A History. Ukrainian Free Academy of Sciences, Winnipeg, Ottawa, 1970, page 677.
Bibljografija
immodifika- Сокіл-Рудницька М. Пам’яті Стефанії Лукіянович // Вільне Слово. – Торонто, 1977. – 9 і 16 липня. – С. 3.
- Вовк В. Парастас для Стефанії Туркевич-Лукіянович // Наше Життя. – Нью-Йорк, 1992. – Ч. 5. – С. 6–9.
- Стельмащук Р. Забутий львівський композитор-неокласик (штрихи до творчого портрета Стефанії Туркевич) // Музика Галичини (Musica Galiziana) / Матеріали Другої міжнародної конференції. – Львів, 1999. – С. 276–281.
- Павлишин С. Перша українська композиторка // Наше Життя. – Нью-Йорк, 2004. – Ч. 1. – С. 14–16.
- Павлишин С. Перша українська композиторка: Стефанія Туркевич-Лісовська-Лукіянович. – Львів, 2004.
- Карась Г. Статика і динаміка жанру дитячої опери у творчості композиторів української діаспори ХХ ст. // Вісник Державної академії керівних кадрів культури і мистецтв. – Київ, 2010. – No. 2. – С. 89–93.
- Яців Р. Роберт Лісовський (1893–1982): дух лінії. – Львів, 2015. – С. 11, 13, 79–84, 91.