Lista ta' missjonijiet diplomatiċi tas-Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
{{WIP|jmasini}}
{{mur lura|Nunzjatura Appostolika}}
[[Stampa:Diplomatic Missions of Holy See.png | thumb | right | 400px | Mappa li turi l-pajjiżi li għandhom jew m'għandomx relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede.]]Din hi '''lista ta' Missjonijiet Diplomatiċi tas-Santa Sede'''. Sa mill-ħames seklu, sekli qabel it-twaqqif tal-[[Vatikan|istat tal-Vatikan ]]fl-1929, mibgħuta tal-[[Papa]] (illum magħrufa bħala [[Nunzjatura Appostolika|Nunzji Appostoliċi]]) irrapreżentaw is-[[Santa Sede]] f’pajjżi barranin. Barra minn hekk, delegati tal-Papa, magħrufa bħala Delegati Appostoliċi jassiguraw kuntatt kontinwu bejn is-Santa Sede u l-[[Knisja Kattolika]] f’pajjiżi li ma stabilixxewx relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede. Preżentament, hemm Delegazzjoni Appostolika residenzjali waħda, għall-[[Ġerusalemm]] u l-[[Palestina]], kif ukoll sebgħa non-residenzjali ([[Botswana]], [[Brunej]], [[Burma]], [[Laos]], [[Malasja]], [[Mawritanja]], u s-[[Somalja]]), u fi tlett reġjuni mingħajr kuntatt diplomatiku (il-Peniżola Għarbija, il-[[Karibew]], u l-[[Oċean Paċifiku]]). Il-[[Vjetnam]], għalkemm għadu mniżżel fl-''[[Annuario Pontificio]]'' bħala li għandu Delegazzjoni Appostolika, ilu b’dan il-post vakanti għal bosta snin. Iċ-[[Ċina]] jipprojbixxi kemm in-Nunzjatura, kif ukoll id-Delegazzjoni Appostolika, iżda s-Santa Sede hi rrapreżentat f’[[Tajpej]], minn Nunzjatura Appostolika, li iżda hi mmexxija minn chargé d’affaires. Bosta pajjiżi li qabel kellhom Delegazzjoni Appostolika, fosthom l-i[[Stati Uniti]], illum għandhom nunzju.