Sophia Loren
Sofia Costanza Brigida Villani Scicolone (pronunzja: [soˈfiːa vilˈlaːni ʃʃikoˈloːne]; twieldet fl-20 ta' Settembru 1934), magħrufa professjonalment bħala Sophia Loren ([ˈlɔːren]), hija attriċi Taljana. Hija ġiet imsemmija mill-Istitut Amerikan tal-Films (AFI) bħala waħda mill-ikbar attriċi taċ-ċinema klassiku ta' Hollywood. Sal-2022, Loren hija waħda mill-aħħar attriċi maġġuri li għadhom ħajjin mill-Era tad-Deheb taċ-ċinema ta' Hollywood u hija l-unika persuna ħajja mil-lista tal-AFI.
Imħeġġa biex tattendi lezzjonijiet tar-reċtar wara li ħadet sehem f'konkors tas-sbuħija, Loren bdiet il-karriera tagħha fil-films meta kellha sittax-il sena fl-1950. Hija dehret f'diversi biċċiet u ngħatat rwoli minuri fl-ewwel parti tad-deċennju, sa meta l-kuntratt tagħha għal ħames films mal-Paramount fl-1956 xpruna l-karriera internazzjonali tagħha. Fost il-films li ħadmet f'dak iż-żmien hemm The Pride and the Passion, Houseboat, u It Started in Naples. Matul is-snin 50 tas-seklu 20, hija ħadmet f'films bħala personaġġ sesswalment emanċipat u kienet waħda mill-iżjed sex symbols magħrufa ta' dak iż-żmien.
Il-prestazzjoni ta' Loren bħala Cesira fil-film Two Women (1961) dirett minn Vittorio De Sica rebbaħha l-Academy Award għall-Aqwa Attriċi, u b'hekk saret l-ewwel attriċi li rebħet Oscar għal prestazzjoni mhux bil-lingwa Ingliża. Hija għandha r-rekord li rebħet seba' premjijiet tad-David di Donatello għall-Aqwa Attriċi: Two Women; Yesterday, Today and Tomorrow (1963); Marriage Italian Style (1964, fejn ġiet innominata għat-tieni Oscar); Sunflower (1970); The Voyage (1974); A Special Day (1977) u The Life Ahead (2020). Hija rebħet ħames Golden Globes speċjali (inkluż is-Cecil B. DeMille Award), BAFTA Award, Laurel Award, Grammy Award, it-Tazza Volpi għall-Aqwa Attriċi fil-Festival tal-Films ta' Venezja u l-Premju għall-Aqwa Attriċi fil-Festival tal-Films ta' Cannes. Fl-1991 hija ngħatat l-Academy Honorary Award għall-kisbiet tagħha f'għomorha.
Fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20, Loren għażlet li tidher f'inqas films. Minn dak iż-żmien 'l hawn, ħadmet f'films bħal Prêt-à-porter (1994), Grumpier Old Men (1995), Nine (2009), u The Life Ahead (2020).
Ħajja bikrija
immodifikaFamilja u tfulija
immodifikaSofia Costanza Brigida Villani Scicolone twieldet fl-20 ta' Settembru 1934 fil-Clinica Regina Margherita f'Ruma, l-Italja[1], bint Romilda Villani (1910-1991) u Riccardo Scicolone (1907-1976), inġinier tal-kostruzzjoni ta' dixxendenza nobbli (fl-awtobijografija tagħha Loren kitbet li hija intitolata ssejjaħ lilha nnifisha l-Markiża ta' Licata Scicolone Murillo).[2]
Missier Loren, Riccardo Scicolone, irrifjuta li jiżżewweġ lil Villani, u b'hekk ħalla lill-għalliema tal-pjanu u lill-attriċi aspiranti mingħajr sostenn finanzjarju. Loren iltaqgħet ma' missierha tliet darbiet, meta kellha ħames snin, meta kellha sbatax-il sena u fl-1976 fejn is-sodda tal-mewt tiegħu, u stqarret li ħafritlu iżda qatt ma tinsa li abbanduna lil ommha.[3] Il-ġenituri ta' Loren kellhom wild ieħor flimkien, lil oħtha Maria, fl-1938. Scicolone ma riedx jirrikonoxxi formalment lil Maria bħala bintu. Meta Loren kisbet is-suċċess, hija ħallset lil missierha biex oħtha seta' jkollha l-kunjom Scicolone. Loren għandha żewġ aħwa subien tar-rispett min-naħa ta' missierha, Giuliano u Giuseppe. Romilda, Sofia, u Maria għexu man-nanna ta' Loren f'Pozzuoli, qrib Napli.[4]
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-port u l-impjant tal-munizzjonijiet f'Pozzuoli spiss kien fil-mira tal-bumbardamenti tal-Alleati. Waqt attakk minnhom, waqt li Loren kienet qed tiġri lejn ix-xelter, intlaqtgħet mit-tifrik splussiv u weġġgħet geddumha. Iktar 'il quddiem, il-familja tagħha marret tgħix f'Napli, fejn intlaqgħu minn qrabat distanti. Wara l-gwerra, Loren u l-familja tagħha reġgħu lura f'Pozzuoli. In-nanna ta' Loren Luisa fetħet bar fis-salott tagħhom, u kienet tbigħ liker taċ-ċirasa magħmul id-dar. Romilda Villani kienet iddoqq il-pjanu, Maria kienet tkanta, u Loren kienet tieħu l-ordnijiet mill-imwejjed u lejhom u taħsel il-platti. Il-post kien popolari mal-GIs Amerikani stazzjonati fil-qrib.
Konkorsi tas-sbuħija
immodifikaMeta kellha 15-il sena, Loren bħala Sofia Lazzaro ħadet sehem fil-konkors tas-sbuħija ta' Miss Italia 1950 u ġiet assenjata bħala l-Kandidata Nru 2, u waħda mill-erba' kontestanti li rrappreżentaw lir-reġjun ta' Lazio. Hija ntgħażlet bħala waħda mill-aħħar tliet finalisti u rebħet it-titlu ta' Miss Eleganza 1950, filwaqt li Liliana Cardinale rebħet it-titlu ta' Miss Ċinema u Anna Maria Bugliari rebħet it-titlu grandjuż ta' Miss Italia. Fl-2001 reġgħet ħadet sehem bħala president tal-ġurija għall-61 edizzjoni tal-konkors. Fl-2010, Loren inkurunat il-71 rebbieħa tal-konkors Miss Italia.[5]
Kawża l-qorti
immodifikaF'Settembru 1999, Loren fetħet kawża l-qorti kontra 79 sit web għall-adulti talli tefgħu ritratti mmodifikati tagħha għerwiena fuq l-internet.
Filmografija
immodifikaSena | Titlu | Rwol | Noti |
---|---|---|---|
1950 | I'm the Capataz | Segretarja tad-Dittatur | |
Bluebeard's Six Wives | It-tfajla maħtufa | ||
Tototarzan | Tarzanida | ||
Il voto | Persuna ordinarja fil-festival ta' Piedigrotta | ||
Hearts at Sea | Extra | Mhux akkreditata | |
1951 | Brief Rapture | Tfajla fl-istitut | |
Owner of the Vapor | Ballerinetta | ||
Milan Billionaire | Extra | Mhux akkreditata | |
The Reluctant Magician | L-għarusa | ||
Quo Vadis | L-iskjava ta' Lygia | Mhux akkreditata | |
Era lui... sì! sì! (It Was He!... Yes! Yes!) | Odalisque | Bħala Sofia Lazzaro | |
Anna | Assistenta f'night club | Mhux akkreditata | |
1952 | And Arrived the Accordatore | Ħabiba ta' Giulietta | |
I Dream of Zorro | Conchita | Bħala Sofia Scicolone | |
La Favorita | Leonora | ||
1953 | The Country of the Campanelli | Bonbon | |
We Find Ourselves in the Gallery | Marisa | ||
Two Nights with Cleopatra | Kleopatra/Nisca | ||
Girls Marked Danger | Elvira | ||
Good Folk's Sunday | Ines | ||
Aida | Aida | ||
Woman of the Red Sea | Barbara Lama | ||
1954 | A Slice of Life | gazzara | Segment: "La macchina fotografica" |
A Day in Court | Anna | ||
The Anatomy of Love | Tfajla | ||
Poverty and Nobility | Gemma | ||
Neapolitan Carousel | Sisina | ||
Pilgrim of Love | Giulietta / Beppina Delli Colli | ||
The Gold of Naples | Sofia | Segment: "Pizze a Credito" | |
Attila | Honoria | ||
Too Bad She's Bad | Lina Stroppiani | ||
The River Girl | Nives Mongolini | ||
1955 | The Sign of Venus | Agnese Tirabassi | |
The Miller's Beautiful Wife | Carmela | ||
Scandal in Sorrento | Donna Sofia | ||
1956 | Lucky to Be a Woman | Antonietta Fallari | |
1957 | Boy on a Dolphin | Phaedra | |
The Pride and the Passion | Juana | ||
Legend of the Lost | Dita | ||
1958 | Desire Under the Elms | Anna Cabot | |
The Key | Stella | ||
The Black Orchid | Rose Bianco | ||
Houseboat | Cinzia Zaccardi | ||
1959 | That Kind of Woman | Kay | |
1960 | Heller in Pink Tights | Angela Rossini | |
It Started in Naples | Lucia Curio | ||
The Millionairess | Epifania Parerga | ||
A Breath of Scandal | Princess Olympia | ||
Two Women | Cesira | ||
1961 | El Cid | Ximena | |
Madame Sans-Gêne | Catherine Hubscher | ||
1962 | Boccaccio '70 | Zoe | Segment: "La Riffa" |
The Prisoners of Altona | Johanna | Miġbud f'Tirrenia, l-Italja | |
Five Miles to Midnight | Lisa Macklin | ||
1963 | Yesterday, Today and Tomorrow | Adelina Sbaratti
Anna Molteni/Mara |
|
1964 | The Fall of the Roman Empire | Lucilla | |
Marriage Italian-Style | Filumena Marturano | ||
1965 | Operation Crossbow | Nora | |
Lady L | Lady Louise Lendale/Lady L | ||
1966 | Judith | Judith | |
Arabesque | Yasmin Azir | ||
1967 | A Countess from Hong Kong | Natasha | |
More Than a Miracle | Isabella Candeloro | ||
1968 | Ghosts – Italian Style | Maria Lojacono | |
1970 | Sunflower | Giovanna | |
The Priest's Wife | Valeria Billi | ||
1971 | Lady Liberty | Maddalena Ciarrapico | |
1972 | Man of La Mancha | Aldonza/Dulcinea | |
1973 | The Sin | Hermana Germana | |
1974 | The Voyage | Adriana de Mauro | |
Verdict | Teresa Leoni | ||
Brief Encounter | Anna Jesson | Film televiżiv | |
1975 | Sex Pot (la pupa del gangster / Get Rita) | Pupa | |
1976 | The Cassandra Crossing | Jennifer Rispoli Chamberlain | |
1977 | A Special Day | Antoinette | |
1978 | Blood Feud | Titina Paterno | |
Brass Target | Mara/kameo | ||
Angela | Angela Kincaid | ||
1979 | Firepower | Adele Tasca | |
1980 | Sophia Loren: Her Own Story | Herself/Romilda Villani (ommha) | |
1983 | 2019, After the Fall of New York | Cameo appearance | |
1984 | Aurora | Aurora | Film televiżiv |
1986 | Courage | Marianna Miraldo | Film televiżiv |
1988 | The Fortunate Pilgrim | Lucia | Minisensiela televiżiva |
1989 | Running Away | Cesira | Minisensiela televiżiva |
1990 | Saturday, Sunday and Monday | Rosa Priore | Chicago Film Festival Premiere |
1994 | Prêt-à-Porter | Isabella de la Fontaine | |
1995 | Grumpier Old Men | Maria Sophia Coletta Ragetti | |
1997 | Soleil [fr] | Maman Levy | |
2001 | Francesca e Nunziata | Francesca Montorsi | Minisensiela televiżiva |
2002 | Between Strangers | Olivia | |
2004 | Too Much Romance... It's Time for Stuffed Peppers | Maria | |
Lives of the Saints | Teresa Innocente | Minisensiela televiżiva | |
2009 | Nine | Mamma | |
2010 | My House Is Full of Mirrors | Romilda Villani | Minisensiela televiżiva |
2011 | Cars 2 | Mama Topolino | Vuċi (verżjoni bit-Taljan) |
2014 | La Voce Umana | Rwol ta' mara | Film qasir; 2014 Tribeca Film Festival |
2016 | Sophia Loren:Live from the TCM Classic Film Festival | Hi nnifisha | Dokumentarju
2015 TCM Classic Film Festival |
2020 | The Life Ahead | Madame Rosa | |
2021 | What Would Sophia Loren Do? | Hi nnifisha | Dokumentarju |
Rikonoxximenti
immodifikaSena | Organizzazzjonijiet | Xogħol | Kategorija | Riżultat |
---|---|---|---|---|
1958 | Festival tal-Films ta' Venezja | Tazza Volpi għall-Aqwa Attriċi | The Black Orchid | Rebħet |
1960 | Golden Globe Awards | L-Aqwa Attriċi fil-Films – Musicals jew Kummiedji | It Started in Naples | Nominata |
Academy Awards | L-Aqwa Attriċi | Two Women | Rebħet | |
BAFTA Awards | L-Aqwa Attriċi Barranija | Rebħet | ||
Bambi Awards | L-Aqwa Attriċi Internazzjonali | Rebħet | ||
Festival tal-Films ta' Cannes | L-Aqwa Interpretazzjoni Femminili | Rebħet | ||
Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet | ||
Silver Ribbon Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet | ||
New York Film Critics Circle Awards | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
Sant Jordi Awards | L-Aqwa Prestazzjoni f'Film Barrani | Rebħet | ||
1962 | TCL Theatre Prints Ceremony | Ċerimonja tal-Marki tas-Swaba' u tal-Idejn | — | Onorata |
1963 | Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Yesterday, Today and Tomorrow | Rebħet |
Silver Ribbon Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Nominata | ||
1964 | Academy Awards | L-Aqwa Attriċi | Marriage Italian Style | Nominata |
Golden Globe Awards | L-Aqwa Attriċi fil-Films – Musicals jew Kummiedji | Nominata | ||
Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet | ||
Moscow Film Festival | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
Golden Laurel Awards | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
Silver Ribbon Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Nominata | ||
1967 | Silver Ribbon Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | More Than a Miracle | Nominata |
1970 | Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Sunflower | Rebħet |
Fotogramas de Plata Awards | L-Aqwa Prestazzjoni Barranija | Nominata | ||
1974 | Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | The Voyage | Rebħet |
San Sebastián Film Festival | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
1977 | Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | A Special Day | Rebħet |
Italian Golden Globe Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet | ||
Silver Ribbon Awards | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet | ||
1991 | Academy Awards | Premju Onorarju għall-Karriera tal-Academy Awards | — | Onorata |
César Awards | Premju Onorarju għall-Kisbiet għall-Għomor ta' César | — | Onorata | |
1994 | Hollywood Walk of Fame | Hollywood Walk of Fame Star (Kategorija tal-Films) | — | Onorata |
National Board of Review of Motion Pictures Awards | L-Aqwa Atturi | Prêt-à-Porter | Rebħet | |
Golden Globe Awards | L-Aqwa Attriċi Mhux Protagonista tal-Films | Nominata | ||
1995 | Golden Globe Awards | Premju Cecil B. DeMille | — | Onorata |
Goldene Kamera Awards | Premju Speċjali għall-Kisbiet fil-Karriera | — | Onorata | |
1998 | Festival tal-Films ta' Venezja | Honorary Golden Lion Award for Lifetime Achievement | — | Onorata |
1999 | Premjijiet David di Donatello | Premju Speċjali ta' David għall-Kisbiet fil-Karriera | — | Onorata |
2004 | Grammy Awards | L-Aqwa Album Mitkellem għat-Tfal | Wolf Tracks and Peter and the Wolf | Rebħet |
2009 | Critics' Choice Awards | L-Aqwa Atturi fil-Films | Nine | Nominata |
Satellite Awards | L-Aqwa Atturi fil-Films | Rebħet | ||
Screen Actors Guild Awards | Prestazzjoni Straordinarja tal-Atturi fil-Films | Nominata | ||
Washington D.C. Area Film Critics Association Awards | L-Aqwa Atturi | Nominata | ||
2014 | Premjijiet David di Donatello | Premju Speċjali ta' David di Donatello | La Voce Umana | Onorata |
2021 | AARP Movies for Grownups Awards | L-Aqwa Attriċi | The Life Ahead | Rebħet |
Alliance of Women Film Journalists Awards | Premju għall-Attriċi li tisfida l-Età u l-Anzjanità | Rebħet | ||
Premju tal-Ikbar Kisbiet minn Mara fl-Industrija tal-Films | Nominata | |||
KCET Cinema Series | Premju Lumière | Rebħet | ||
Capri Hollywood Film Festival | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
CinEuphoria Awards | L-Aqwa Attriċi | Rebħet | ||
Premjijiet David di Donatello | L-Aqwa Attriċi Protagonista | Rebħet |
Klassifikazzjoni
immodifikaF'The Motion Picture Herald, l-eżibituri Brittaniċi u Amerikani vvutaw għal Loren fi ħdan l-Istħarriġ dwar l-Iktar Għaxar Atturi li Għamlu Flus:
- 1960 – l-iżjed attriċi popolari (it-tielet l-iżjed popolari fir-Renju Unit)
- 1961 – it-tieni l-iżjed attriċi popolari (it-tieni l-iżjed attriċi popolari fir-Renju Unit)
- 1962 – it-tielet l-iżjed attriċi popolari (is-seba' l-iżjed attriċi popolari fir-Renju Unit)
- 1964 – l-iżjed attriċi popolari fir-Renju Unit, l-24 l-iżjed attriċi popolari fl-Amerka
- 1965 – ir-raba' l-iżjed attriċi popolari fir-Renju Unit
- 1966 – l-erbatax-il attriċi l-iżjed popolari fl-Amerka.
Għażla diskografika
immodifikaKanzunetti single
immodifika- 1955 – "Mambo Bacan" (from La Fille du Fleuve) / "Nyves" (RCA 18.350 10" 78rpm)
- 1956 – "Che m'e 'mparato a fà" / "I wanna a guy" (RCA, A25V-0473, 10" 78rpm)
- 1957 – "S'agapò" / "Adoro te" (with Paola Orlandi) (RCA, A25V 0585, 10" 78rpm)
- 1958 – "Bing! Bang! Bong!" (from Houseboat) / "Almost in Your Arms" (Philips PB 857 10" 78rpm)
- 1960 – "Goodness Gracious Me" / "Grandpa's Grave" (ma' Peter Sellers) (Parlophone, 45-R.4702 7" 45rpm)
- 1961 – "Zoo Be Zoo Be Zoo" / "Bangers and Mash" (ma' Peter Sellers) (Parlophone 45-R.4724 7" 45rpm)
Albums
immodifika- 1958 – Houseboat (Philips – BBL 7292) – ma' George Duning u Cary Grant
- 1960 – Escandalos Imperiales (Heliodor – 610 800) – ma' Maurice Chevalier
- 1960 – Peter and Sophia (Parlophone – PCSM 3012, LP) – ma' Peter Sellers
- 1963 – Poesie di Salvatore Di Giacomo (CAM, LP)
- 1972 – Man of La Mancha (United Artists Records, LP) ma' Peter O'Toole, James Coco, Mitch Leigh, Joe Darion
Kompilazzjonijiet
immodifika- 1992 – Le canzoni di Sophia Loren (CGD, 2xCD)
- 2006 – Secrets of Rome (Traditional Line, CD)
- 2009 – Τι Είναι Αυτό Που Το Λένε Αγάπη – Το Παιδί Και Το Δελφίνι (it:Δίφωνο, CD)
Orkestra Nazzjonali Russa
immodifika- Prokofiev – Peter and the Wolf, Jean-Pascal Beintus – Wolf Tracks. Mikhail Gorbachev, Bill Clinton, Sophia Loren. Russian National Orchestra – Kent Nagano. Pentatone PTC 5186011 (2003)
- Prokofiev – Pedro y el lobo, Jean-Pascal Beintus – Las Huellas del Lobo. Antonio Banderas, Sophia Loren, Russian National Orchestra – Kent Nagano. Pentatone PTC 5186014 (2004).
Biblijografija
immodifika- Loren, Sophia (2015). Yesterday, Today, Tomorrow: My Life, Atria Books, ISBN 978-1476797434.
- Loren, Sophia (1998). Sophia Loren's Recipes and Memories, Gt Pub Corp, ISBN 978-1577193678.
- Loren, Sophia (1984). "Women & Beauty", Aurum Press, ISBN 0-688-01394-5.
- Loren, Sophia (1972). In the Kitchen with Love, Doubleday, Library of Congress Catalog Card 79–183230.
- Loren, Sophia (1971). In Cucina con Amore, Rizzoli Editore.
Referenzi
immodifika- ^ "Lòren, Sophia nell'Enciclopedia Treccani". www.treccani.it (bit-Taljan). Miġbur 2022-09-21.
- ^ Loren 2015, p. 5.
- ^ "SOPHIA LOREN NOW APPEARING IN `EL CID,' SHE REMAINS A VERY HUMAN ICON - The Boston Globe (Boston, MA) | HighBeam Research". web.archive.org. 2012-11-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-11-15. Miġbur 2022-09-21.
- ^ "Sofia Loren: "A Miss Italia è cominciata la mia carriera di attrice"". missitalia.it . Miġbur 2022-09-21.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Sophia incorona Francesca Ecco la nuova Miss Italia - Corriere della Sera". www.corriere.it. Miġbur 2022-09-21.