Vittorio De Sica

attur u reġista tal-films Taljan

Vittorio De Sica (/də ˈsiːkə/ də SEE-kə, bit-Taljan: [vitˈtɔːrjo de ˈsiːka]; twieled fis-7 ta’ 1901 – miet fit-13 ta’ Novembru 1974) kien reġista u attur Taljan, u wieħed minn ta’ quddiem fil-moviment Neorealista.

Vittorio De Sica
Ħajja
Isem propju Vittorio Dominico Stanislo Gaetano Sorano De Sica
Twelid Sora (en) Translate, 7 Lulju 1901
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Franza
Mewt Neuilly-sur-Seine, 13 Novembru 1974
Post tad-dfin Campo Verano
Kawża tal-mewt kawżi naturali (kanċer tal-pulmun)
Familja
Konjuga/i Giuditta Rissone (en) Translate  (10 April 1937 -  1954)
María Mercader (en) Translate  (1959 -  1974)
Ulied
Aħwa
uri
Familja
uri
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni direttur tal-films
xeneġġatur
attur tal-palk
attur ċinematografiku
attur
produttur eżekuttiv
producer ċinematografiku
reġista
Xogħlijiet importanti Bicycle Thieves (en) Translate
Umberto D. (en) Translate
The Children Are Watching Us (en) Translate
Miracle in Milan (en) Translate
Two Women (en) Translate
Shoeshine (en) Translate
Marriage Italian-Style (en) Translate
Maddalena, zero in condotta (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Academy Award for Best Supporting Actor (en) ]]
    (18 Frar 1958) : [[A Farewell to Arms (en) ]]
Moviment artistiku Italian neorealism (en) Translate

Erbgħa mill-films li hu kien reġista tagħhom rebħu Academy Awards: Sciuscià u Ladri di Biciclette (premju onorarju), filwaqt li Ieri, Oggi e Domani u Il giardino dei Finzi Contini rebħu l-Academy Award għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Tabilħaqq, is-suċċess kritiku kbira ta’ Sciuscià (l-ewwel film b’lingwa barranija li ġie rikonoxxut bħala tali mill-Akkademja tal-Films, l-Arti u x-Xjenzi) u Ladri di Biciclette għenu biex jiġi stabbilit il-premju permanenti tal-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Dawn iż-żewġ films jitqiesu li huma parti mill-films kolossali taċ-ċinema klassika. Ladri di Biciclette ġie kkwotat minn Turner Classic Movies bħala wieħed mill-15-il film li kienu l-iktar influwenti fl-istorja taċ-ċinema.

Fl-1957 De Sica ġie nnominat ukoll għall-Oscar għall-Aqwa Attur ta’ Sostenn tar-rwol tiegħu bħala l-Maġġur Rinaldi fl-adattament tar-reġista Amerikan Charles Vidor ta’ A Farewell to Arms ta’ Ernest Hemingway, film li bosta kritiċi maqdruh u li ma mar tajjeb xejn bħala bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema. Ir-reċtar ta’ De Sica ġie meqjus bħala l-aqwa aspett tal-film.[1]

Ħajja u karriera immodifika

Huwa twieled fis-7 ta’ Lulju 1901 f’Sora, Lazio, iben ġenituri Naplitani.[2] Missieru kien uffiċjal tal-Bank tal-Italja u ġie ttrasferit minn Napli għal Sora. De Sica beda l-karriera tiegħu bħala attur fit-teatru fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu 20 u ngħaqad mal-kumpanija teatrali ta’ Tatiana Pavlova fl-1923. Fl-1933 huwa waqqaf il-kumpanija tiegħu stess flimkien ma’ martu Giuditta Rissone u Sergio Tofano. Il-kumpanija tellgħet l-iktar kummiedji, iżda tellgħet ukoll reċti ta’ Beaumarchais u ħadmet ma’ reġisti famużi bħal Luchino Visconti.[3]

Avveniment importanti ħafna kien meta De Sica ltaqa’ mal-kittieb tax-xenaġġjaturi Cesare Zavattini: flimkien ħolqu wħud mill-iktar films famużi tal-era Neorealista, fosthom Sciuscià u Ladri di Biciclette (rilaxxat bħala The Bicycle Thief fl-Amerka), li De Sica kien ir-reġista tagħhom.[4]

De Sica deher fis-sensiela televiżiva Brittanika The Four Just Men (1959).[5]

Ħajja personali immodifika

In-namra li kellu għal-logħob tal-azzard kienet magħrufa sew. Minħabba fiha, spiss tilef ammonti kbar ta’ flus u aċċetta xogħol li kieku ma kienx jinteressah. Hu qatt ma ħeba din in-namra; fil-fatt, ipprojettaha fuq il-karattri tal-films tiegħu stess, fosthom Count Max (li rreċta fih iżda ma kienx ir-reġista) u L'oro di Napoli, kif ukoll f’Generale Della Rovere, film ta’ Rossellini li fih De Sica kellu rwol ta’ protagonista.[6]

Fl-1937 Vittorio De Sica żżewweġ lill-attriċi Giuditta Rissone, u magħha kellu lit-tifla Emilia (Emi). Fl-1942, waqt li kien qed jinġibed Un garibaldino al convento, huwa ltaqa’ mal-attriċi Spanjola María Mercader (il-kuġina ta’ Ramon Mercader, il-qattiel ta’ Leon Trotsky), u kellu relazzjoni extrakonjugali magħha. Wara li ddivorzja minn ma’ Rissone fi Franza fl-1954, huwa żżewweġ lil Mercader fl-1959 fil-Messiku, iżda dan iż-żwieġ ma kienx ikkunsidrat bħala validu skont il-liġi Taljana. Fl-1968 huwa kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża u żżewweġ lil Mercader f’Pariġi. Sadanittant, diġà kien kellhom żewġ subien: Manuel, fl-1949, mużiċista, u Christian, fl-1951, li kompla fil-passi ta’ missieru bħala attur u reġista.[7]

Huwa kien Kattoliku Ruman[8] u Komunista.[9][10] Għalkemm iddivorzja, De Sica qatt ma tbiegħed mill-ewwel familja tiegħu. Huwa għex ħajja tal-familja doppja, b’ċelebrazzjonijiet doppji fil-btajjel. Jingħad li fil-Milied u Lejliet l-Ewwel tas-Sena, kien ireġġa’ lura l-arloġġ b’sagħtejn fid-dar ta’ Mercader sabiex ilaħħaq jiċċelebra f’nofsillejl maż-żewġ familji. L-ewwel mara tiegħu qablet li jkomplu jgħixu żwieġ taparsi sabiex bintha ma tibqax bla missier.

Vittorio De Sica miet meta kellu 73 sena wara operazzjoni minħabba kanċer fil-pulmun fl-isptar ta’ Neuilly-sur-Seine f’Pariġi.[11]

Premjijiet u nominazzjonijiet immodifika

Vittorio De Sica ngħata l-Interfilm Grand Prix fl-1971 fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin.

  • Miracolo a Milano
    • Rebbieħ tal-Palma tad-Deheb fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • Umberto D.
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • Stazione Termini
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • L'oro di Napoli
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • Il Tetto
    • Rebbieħ tal-Premju OCIC fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • Anna di Brooklyn
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
  • La Ciociara
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
  • Matrimonio all'italiana
    • Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Moska[12]
  • Il Giardino dei Finzi-Contini
    • Rebbieħ tal-Ors tad-Deheb fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
    • Rebbieħ tal-Premju Interfilm – Premju tal-Films Otto Dibelius fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
  • Nastro d'Argento fl-1946 bħala l-Aqwa Reġista f’Sciuscià
  • Academy Award Onorarju fl-1947 għall-produzzjoni Taljana f’Sciuscià
  • Academy Award fl-1949: Premju Speċjali għall-Films b’Lingwa Barranija għal Ladri di Biciclette
  • BAFTA (Academy Award Brittaniku) fl-1950 għall-Aqwa Film għal Ladri di Biciclette
  • Academy Award fl-1965 għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija għal Ieri, oggi, domani
  • Academy Award fl-1972 għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija għal Il giardino dei Finzi-Contini

Filmografija immodifika

Filmografija bħala reġista immodifika

Titlu Noti Rilaxx
Rose scarlatte Koreġista 1940
Maddalena, zero in condotta 1940
Teresa Venerdì 1941
Un garibaldino al convento 1942
I bambini ci guardano 1944
La porta del cielo 1945
Sciuscià Rebbieħ ta’ Academy Award (Premju Speċjali); nominat għal Academy Award, l-Aqwa Xenaġġjatura Oriġinali (Sergio Amidei, Adolfo Franci u Cesare Zavattini) 1946
Cuore Koreġista 1948
Ladri di biciclette Rebbieħ ta’ Academy Award (Premju Speċjali); nominat għal Academy Award, l-Aqwa Tfassil tax-Xenaġġjatura (Cesare Zavattini) 1948
Miracolo a Milano 1951
Umberto D. Nominat għal Academy Award; l-Aqwa Kitba tat-Trama (Cesare Zavattini) 1952
Stazione Termini 1953
L'oro di Napoli 1954
Il Tetto 1956
Anna di Brooklyn Koreġista 1958
La Ciociara Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Attriċi (Sophia Loren) 1960
Il Giudizio universale 1961
I sequestrati di Altona 1962
Boccaccio '70 Film qasir – is-segment La riffa 1962
Il Boom 1963
Ieri, oggi e domani Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija[13] 1963
Matrimonio all'italiana Nominat għal Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija; l-Aqwa Attriċi (Sophia Loren)[14] 1964
Un monde nouveau 1966
Caccia alla volpe 1966
Sette Volte Donna 1967
Le streghe Film qasir – is-segment Una sera come le altre 1967
Amanti 1968
I Girasoli 1970
Il Giardino dei Finzi-Contini Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija[15] 1970
Le Coppie Film qasir – is-segment Il Leone 1970
Dal referendum alla costituzione: Il 2 giugno Dokumentarju 1971
I Cavalieri di Malta Dokumentarju 1971
Lo chiameremo Andrea 1972
Una Breve vacanza 1973
Il viaggio 1974

Filmografija bħala attur immodifika

  • Il processo Clemenceau (1917, ta’ Alfredo De Antoni) fir-rwol tat-tifel Pierre Clémenceau
  • La bellezza del mondo (1927, ta’ Mario Almirante)
  • La compagnia dei matti (1928, ta’ Mario Almirante) fir-rwol tal-Professur Rosolillo
  • La vecchia signora (1932, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ dak li jgħin l-atturi minn taħt l-ilsien f’każ li jeħlu
  • Gli uomini, che mascalzoni! (1932, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Bruno
  • Due cuori felici (1932, ta’ Baldassarre Negroni) fir-rwol tas-Sur Brown
  • Paprika (1933, ta’ Carl Boese)
  • Pasa el amor (1933, ta’ Adolf Trotz)
  • Lisetta (1934, ta’ Carl Boese) fir-rwol ta’ Fritz Peters
  • La canzone del sole (1934, ta’ Max Neufeld (jaħdem ukoll fil-film bil-Ġermaniż Das lied der sonne)) fir-rwol ta’ Dr. Giuseppe Paladino
  • Un cattivo soggetto (1933, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Willy
  • La segretaria per tutti (1933, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Un gagà
  • Tempo massimo (1934, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol tal-Professur Giacomo Banti
  • Il signore desidera? (1934, ta’ Gennaro Righelli) fir-rwol ta’ Martino
  • The Song of the Sun (1934, ta’ Max Neufeld) fir-rwol tal-avukat Paladino
  • Darò un milione (1935, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Gold
  • Amo te sola (1936, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol tal-Professur Giovanni Agano
  • Non ti conosco più (1936, ta’ Nunzio Malasomma) fir-rwol ta’ Dr. Alberto Spinelli
  • Lohengrin (1936, ta’ Nunzio Malasomma) fir-rwol ta’ Alfredo
  • L'uomo che sorride (1937, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Pio Fardella
  • Il signor Max (1937, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Gianni / Max Varaldo
  • But It's Nothing Serious (1937, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Memmo Speranza
  • Naples of Olden Times (1938, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Mario Esposito
  • La mazurka di papà (1938, ta’ Oreste Biancoli) fir-rwol ta’ Stefano San Mauro / it-tifel ta’ San Mauro
  • Il Trionfo dell'amore (1938, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Vincenzo
  • L'orologio a cucù (1938, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol tal-kaptan Ducci
  • Departure (1938, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Paolo Veronda
  • They've Kidnapped a Man (1938, ta’ Gennaro Righelli) fir-rwol tal-attur ċinematografiku
  • Ai vostri ordini, signora! (1939, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Pietro Haguet
  • Naples That Never Die (1939, ta’ Amleto Palermi)
  • Questi ragazzi (1939, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Vincenzo
  • Castles in the Air (1939, ta’ Augusto Genina (jaħdem ukoll fil-film bil-Ġermaniż Ins blaue leben)) fir-rwol ta’ Riccardo Pietramola
  • Department Store (1939, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Bruno Zacchi
  • It Always Ends That Way (1939, ta’ Enrique Telémaco Susini) fir-rwol ta’ Alberto Miller
  • Manon Lescaut (1940, ta’ Carmine Gallone) fir-rwol ta’ Renato Des Grieux
  • Two on a Vacation (1940, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-Konti Corrado Valli
  • Red Roses (1940, ta’ Giuseppe Amato u Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Alberto Verani
  • The Two Mothers (1940, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Salvatore
  • The Sinner (1940, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Pietro Bandelli
  • Maddalena, Zero for Conduct (1940, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Alfredo Hartman
  • The Adventuress from the Floor Above (1941, ta’ Raffaello Matarazzo) fir-rwol ta’ Fabrizio Marchini
  • Teresa Venerdì (1941, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Dr. Pietro Vignali
  • Se io fossi onesto (1942, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Pietro Kovach
  • A Garibaldian in the Convent (1942, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Nino Bixio (mhux kreditat)
  • La guardia del corpo (1942, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-investigatur privat Riccardo
  • Non sono superstizioso... ma! (1943, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-Baruni Roberto
  • I nostri sogni (1943, ta’ Vittorio Cottafavi) fir-rwol ta’ Leo
  • Nessuno torna indietro (1945, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Maurizio
  • L'ippocampo (1945, ta’ Gian Paolo Rosmino (u assistent tar-reġista, mhux kreditat)) fir-rwol ta’ Pio Sandi
  • Vivere ancora (1945, ta’ Nino Giannini)
  • Lo sbaglio di essere vivo (1945, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Adriano Lari
  • Roma città libera (1946, ta’ Marcello Pagliero) fir-rwol ta’ Il signore distinto
  • Abbasso la ricchezza! (1946, ta’ Gennaro Righelli fir-rwol tal-Konti Ghirani
  • Natale al campo 119 (1947, ta’ Pietro Francisci fir-rwol ta’ Don Vicenzino
  • Sperduti nel buio (1947, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Nunzio
  • Lo Sconosciuto di San Marino (1948, ta’ Michal Waszynski u Vittorio Cottafavi) fir-rwol tal-ateu Leo
  • Cuore (1948, ta’ Duilio Coletti (producer and script too)) fir-rwol tal-Professur Perboni
  • Il mondo vuole così (1949, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ Paolo Morelli
  • Domani è troppo tardi (1949, ta’ Léonide Moguy fir-rwol tal-Professur Landi
  • Cameriera bella presenza offresi... (1951, ta’ Giorgio Pàstina) fir-rwol ta’ Leonardo Leonardi
  • Mamma Mia, What an Impression! (1951, ta’ Roberto Savarese)
  • Buongiorno, elefante! (1952, ta’ Gianni Franciolini (produttur ukoll)) fir-rwol ta’ Carlo Caretti
  • Gli uomini non guardano il cielo (1952, ta’ Umberto Scarpelli)
  • In Olden Days (1952, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-avukat difensur (is-segment "Il processo di Frine")
  • The Earrings of Madame de... (1953, ta’ Max Ophüls) fir-rwol tal-Baruni Fabrizio Donati
  • Villa Borghese (1953, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol tal-avukat Arturo Cavazzuti (is-segment: Incidente a Villa Borghese)
  • Pane, amore e fantasia (1953, ta’ Luigi Comencini) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
  • Il matrimonio (1954, ta’ Antonio Petrucci) fir-rwol ta’ Gregory Stefanovich Smirnov
  • Cento anni d'amore (1954, ta’ Lionello De Felice) fir-rwol tad-Duka Giovanni del Bagno magħruf ukoll bħala s-Sur Pallini (is-segment "Pendolin")
  • Gran Varietà (1954, ta’ Domenico Paolella) fir-rwol ta’ Veneziani (is-segment "Il censore")
  • A Slice of Life (1954, ta’ Alessandro Blasetti u Paul Paviot) fir-rwol tal-Konti Ferdinando (is-segment "Don Corradino")
  • Il letto (1954, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol ta’ Roberto (is-segment "Le Divorce")
  • Vergine moderna (1954, ta’ Marcello Pagliero) fir-rwol ta’ Antonio Valli
  • Allegro squadrone (1954, ta’ Paolo Moffa) fir-rwol tal-Ġeneral
  • Pane, amore e gelosia (1954, ta’ Luigi Comencini) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
  • L'oro di Napoli (1954, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol tal-Konti Prospero B. (is-segment "I giocatori") (mhux kreditat)
  • Peccato che sia una canaglia (1954, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Vittorio Stroppiani
  • Il segno di Venere (1955, ta’ Dino Risi) fir-rwol ta’ Alessio Spano
  • Gli ultimi cinque minuti (1955, ta’ Giuseppe Amato) fir-rwol ta’ Carlo Reani
  • La bella mugnaia (1955, ta’ Mario Camerini) fir-rwol tal-gvernatur Don Teofilo
  • Racconti romani (1955, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol tal-avukat Mazzoni Baralla
  • Pane, amore e... (1955, ta’ Dino Risi) fir-rwol tal-Kmandant Carotenuto
  • Lucky to Be a Woman (1955, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Minor Role (mhux kreditat)
  • Il bigamo (1956, ta’ Luciano Emmer) fir-rwol tal-Onorevoli Prinċep
  • I giorni più belli (1956, ta’ Mario Mattoli)
  • Mio figlio Nerone (1956, ta’ Steno) fir-rwol ta’ Seneca
  • Tempo di villeggiatura (1956, ta’ Antonio Racioppi) fir-rwol ta’ Aristide Rossi
  • The Monte Carlo Story (1956, ta’ Samuel Taylor u Giulio Macchi) fir-rwol tal-Konti Dino della Fiaba
  • Noi siamo le colonne (1956, ta’ Luigi Filippo D'Amico) fir-rwol ta’ Alfredo Celimontani
  • Padri e figli (1957, ta’ Mario Monicelli) fir-rwol ta’ Vincenzo Corallo
  • I colpevoli (1957, ta’ Turi Vasile) fir-rwol ta’ Giorgio
  • Souvenir d'Italie (1957, ta’ Antonio Pietrangeli) fir-rwol tal-Konti
  • Count Max (1957, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-Konti Max Orsini Varaldo
  • Casinò de Paris (1957, ta’ André Hunebelle) fir-rwol ta’ Alexandre Gordy
  • La donna che venne dal mare (1957, ta’ Francesco De Robertis) fir-rwol ta’ Console Bordogin
  • Il medico e lo stregone (1957, ta’ Mario Monicelli) fir-rwol ta’ Antonio Locoratolo
  • A Farewell to Arms (1957, ta’ Charles Vidor (nominat għall-Oscar għall-Aqwa Attur ta’ Sostenn) fir-rwol tal-Maġġuri Alessandro Rinaldi
  • Vacanze a Ischia (1957, ta’ Mario Camerini) fir-rwol tal-Inġinier Occhipinti
  • Totò, Vittorio e la dottoressa (1957, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Marchese De Vitti
  • Amore e chiacchiere (1958, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-avukat Bonelli
  • Domenica è sempre domenica (1958, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol tal-Kmandant Castaldi
  • Anna of Brooklyn (1958, ta’ Carlo Lastricati u Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Don Luigi
  • Pezzo, capopezzo e capitano (1958, ta’ Wolfgang Staudte) fir-rwol tal-Kmandant Ernesto De Rossi
  • Ballerina e buon Dio (1958, ta’ Antonio Leonviola) fir-rwol t’Alla
  • Gli zitelloni (1958, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-professur
  • Pane, amore e Andalusia (1958, ta’ Javier Setó) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
  • La ragazza di Piazza San Pietro (1958, ta’ Piero Costa) fir-rwol ta’ Armando Conforti
  • La prima notte (1959, ta’ Alberto Cavalcanti) fir-rwol ta’ Alfredo
  • Il nemico di mia moglie (1959, ta’ Gianni Puccini) fir-rwol ta’ Ottavio Terenzi, missier Marco
  • Uomini e nobiluomini (1959, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ Marchese Nicola Peccori Macinelli di Afragola
  • Vacanze d'inverno (1959, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Maurice
  • Il mondo dei miracoli (1959, ta’ Luigi Capuano) fir-rwol tar-reġista Pietro Giordani
  • Il moralista (1959, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-President
  • Il generale della Rovere (1959, ta’ Roberto Rossellini) fir-rwol ta’ Bardone magħruf ukoll bħala 'Grimaldi'
  • Ferdinando I, re di Napoli (1959, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol ta’ Salvatore Caputo
  • Nel blu dipinto di blu (1959, ta’ Piero Tellini) fir-rwol ta’ Spartaco
  • Policarpo, ufficiale di scrittura (1959, ta’ Mario Soldati)
  • Gastone (1960, ta’ Mario Bonnard) fir-rwol tal-prinċep
  • The Angel Wore Red (1960, ta’ Nunnally Johnson u Mario Russo) fir-rwol tal-Ġeneral Clave
  • Austerlitz (1960, ta’ Abel Gance) fir-rwol tal-Papa Piju VII
  • It Started in Naples (1960, ta’ Melville Shavelson) fir-rwol ta’ Mario Vitale
  • Le tre eccetera del colonnello (1960, ta’ Claude Boissol) fir-rwol tal-Kurunell Belalcazar
  • Le pillole di Ercole (1960, ta’ Luciano Salce) fir-rwol ta’ Piero Cuocolo
  • The Millionairess (1960, ta’ Anthony Asquith) fir-rwol ta’ Joe
  • Il vigile (1960, ta’ Luigi Zampa) fir-rwol tas-sindku
  • Un amore a Roma (1960, ta’ Dino Risi) fir-rwol tar-reġista
  • Gli attendenti (1961, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ attur tal-comics
  • L'onorata società (1961, ta’ Riccardo Pazzaglia) fir-rwol ta’ Salvatore 'Capintesta'
  • Vive Henri IV, vive l'amour (1961, ta’ Claude Autant-Lara) fir-rwol tal-ambaxxatur ta’ Spanja
  • The Last Judgment (1961, Vittorio De Sica) fir-rwol tal-avukat difensur
  • The Wonders of Aladdin (1961, ta’ Mario Bava u Henry Levin) fir-rwol tal-ġenju
  • Gli incensurati (1961, ta’ Francesco Giaculli) fir-rwol tal-Kurunell Filippo Bitossi
  • I due marescialli (1961, ta’ Sergio Corbucci) fir-rwol tal-Marexxall Vittorio Cottone
  • La Fayette (1962, ta’ Jean Dréville) fir-rwol ta’ Bancroft
  • Eva (1962, ta’ Joseph Losey u Guidarino Guidi) (mhux kreditat)
  • The Amorous Adventures of Moll Flanders (1965, ta’ Terence Young) fir-rwol tal-Konti
  • Io, io, io... e gli altri (1966, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-Kommendatur Trepossi
  • Un italiano in America (1967, ta’ Alberto Sordi) fir-rwol ta’ missier Giuseppe
  • After the Fox (1966, Vittorio De Sica) fir-rwol tiegħu nnifsu (mhux kreditat)
  • Gli altri, gli altri e noi (1967, ta’ Maurizio Arena)
  • The Biggest Bundle of Them All (1968, ta’ Ken Annakin) fir-rwol ta’ Cesare Celli
  • Darling Caroline (1968, ta’ Denys de la Patellière) fir-rwol tal-Konti ta’ Bièvre - missier Caroline
  • The Shoes of the Fisherman (1968, ta’ Michael Anderson) fir-rwol tal-Kardinal Rinaldi
  • If It's Tuesday, This Must Be Belgium (1969, ta’ Mel Stuart) fir-rwol tal-iskarpan
  • The Thirteen Chairs (1969, ta’ Nicolas Gessner u Luciano Lucignani) fir-rwol tal-Kommendatur Carlo De Seta
  • Cose di Cosa Nostra (1970, ta’ Steno) fir-rwol ta’ Don Michele
  • Io non-vedo, tu non-parli, lui non-sente (1971, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ lagħbi fil-kasinò ta’ Venezja
  • Trastevere (1971, ta’ Fausto Tozzi) fir-rwol ta’ Enrico Formichi
  • Siamo tutti in libertà provvisoria (1972, ta’ Manlio Scarpelli) fir-rwol ta’ Giuseppe Mancini 'Pulcinella'
  • Ettore lo fusto (1972, ta’ Enzo G. Castellari) fir-rwol ta’ Ġove
  • Snow Job (1972, ta’ George Englund) fir-rwol ta’ Enrico Dolphi
  • L'odeur des fauves (1972, ta’ Richard Balducci) fir-rwol ta’ Milord
  • Le avventure di Pinocchio (1972, ta’ Luigi Comencini (fil-verżjoni għat-TV u fil-film)) fir-rwol tal-imħallef
  • The Small Miracle (1973, film għat-TV, ta’ Jeannot Szwarc) fir-rwol ta’ Patri Damico
  • Storia de fratelli e de cortelli (1973, ta’ Mario Amendola) fir-rwol tal-Marexxall Cenciarelli
  • Il delitto Matteotti (1973, ta’ Florestano Vancini) fir-rwol ta’ Mauro Del Giudice
  • Viaggia, ragazza, viaggia, hai la musica nelle vene (1973, ta’ Pasquale Squitieri)
  • Blood for Dracula (1974, ta’ Paul Morrissey u Antonio Margheriti) fir-rwol tal-Markiż Di Fiore
  • C'eravamo tanto amati (1974, ta’ Ettore Scola) fir-rwol tiegħu nnifsu
  • Intorno (1974, Film qasir ta’ Manuel De Sica)
  • L'eroe (1976, film għat-TV ta’ Manuel De Sica) (rwol finali fil-film)

Nota: f’ħafna sorsi, Fontana di Trevi ta’ Carlo Campogalliani (1960) u La bonne soupe ta’ Robert Thomas (1964) huma inklużi iżda De Sica ma jidhirx f’dawk il-films.

Attur fit-televiżjoni immodifika

  • The Four Just Men, ta’ Sapphire Films (1959) (10 minn 39 episodju)

Referenzi immodifika

  1. ^ "A Farewell to Arms". TVGuide.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
  2. ^ "Foto e lettere inedite di De Sica, il ciociaro cosmopolita che voleva essere napoletano". Corriere del Mezzogiorno (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-08.
  3. ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. p. 29. ISBN 0-7864-1135-X.
  4. ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. pp. 128, 164. ISBN 0-7864-1135-X.
  5. ^ Curle, Howard; Snyder, Stephen (2000). Vittorio De Sica: Contemporary Perspectives. Toronto: University of Toronto Press. p. 12. ISBN 0-8020-0654-X.
  6. ^ Bondanella, Peter (1993). The Films of Roberto Rossellini. Cambridge: Cambridge University Press. p. 119. ISBN 0-521-39236-5.
  7. ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. p. 3. ISBN 0-7864-1135-X.
  8. ^ "Famous Catholics". web.archive.org. 2012-02-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-14. Miġbur 2021-07-08.
  9. ^ "All about my father". Haaretz.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
  10. ^ Gino Moliterno (2000). Encyclopedia of Contemporary Italian Culture. Routledge. p. 409. ISBN 9780415145848.
  11. ^ "Vittorio De Sica, 7 3, Dies; Neorealist Movie Director" (bl-Ingliż). 1974-11-14. Miġbur 2021-07-08.
  12. ^ "1965 :: 34th Moscow International Film Festival". web.archive.org. 2013-01-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-16. Miġbur 2021-07-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "The 37th Academy Awards | 1965". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
  14. ^ "The 38th Academy Awards | 1966". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
  15. ^ "The 44th Academy Awards | 1972". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.