KF Skënderbeu Korçë

klabb tal-futbol Albaniż
(Rindirizzat minn Skënderbeu Korçë)

Klubi Futbollistik Skënderbeu Korçë huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Korçë. Huma jilgħabu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż u bħalissa huma ċampjins kurrenti. Il-grawnd tagħhom huwa Stadiumi Skënderbeu.

KF Skënderbeu Korçë
Isem sħiħ Klubi Futbollistik Skënderbeu Korçë
Ismijiet oħra Ujqërit e Dëborës
Bardhekuqtë
Juglindorët
Fundazzjoni 15 ta' April 1922
Grawnd Stadiumi Skënderbeu, Korçë
Proprjetarju Korçë
President Ardian Takaj (en) Translate
Kowċ Ivan Gvozdenović (en) Translate
Kampjonat Superliga Albaniża
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

L-ewwel snin

immodifika

L-ewwel tim fil-belt ta' Korçë kien maħluq fil-15 April 1909 taħt l-isem "Vllazëria" mill-politiku u poeta Hilë Mosi. Matul is-snin 1920 u 1922 kien hemm assoċjazzjonijiet tal-futbol magħmula ġewwa Korçë għall-ewwel darba, bħal Përparimi u Sport Klub Korça, fl-1923 is-soċjetà Shpresa kienet ibbażata taħt il-Liċeo Nazzjonali Albaniż. Imma ma kienx sa 1925 li Skënderbeu kien twieldu, kif il-futbol beda jsir aktar popolari f'din il-belt tal-Albanija, kważi kull qasam għandu jkun użat bħala grawnd tal-futbol għall-lokal biex jilgħabu u jgawdu l-isport. Dan wassal għal ħafna distretti ta' Korçës jippruvaw jiffurmaw gruppi tal-futbol tagħhom stess. Fl-1926 is-soċjetà Zhgaba kienet ibbażata, u fl-1927 ħafna timijiet viċinati kienu finalment stabbiliti, bħal Leka i Madh, Pirro, Brekverdhit, Zjarri, Tigri u Diamanti. Madankollu kien għad hemm skwadra prinċipali li tirrappreżenta l-belt, li kienu Skënderbeu li rnexxielhom jegħlbu l-problemi fil-bidu, xi wħud anki politiki.[1]

Rebbieħa tal-kampjonat

immodifika

Il-klabb ħa sehem għall-ewwel darba fis-Superliga Albaniża fis-sena 1930, li kien l-ewwel kampjonat Albaniż. F'dak iż-żmien l-belt kollha kienet wara l-klabb, li għenet lil Skënderbeu, flimkien mat-tipi ta' KF Tirana u Vllaznia Shkodër jaqilgħu isem kbir għalihom infushom f'dan il-kapitolu bikri tal-futbol Albaniż. Matul il-kampjonat tal-1930, Skënderbeu spiċċaw runners up wara KF Tirana, wara li tilfu kemm il-logħob taċ-championship u tal-playoff.[2] Il-klabb rnexxielu jirbaħ l-ewwel kampjonat Albaniż biss 3 snin wara l-1933, li spiċċaw 2 punti qabel Vllaznia.[3] Ir-rebbieħa tal-kampjonat kienu: Klani Marjani, Kristaq Bimbli, Andrea Çani, Andon Miti, Lefter Petra, Fori Stasa, Nexhat Dishnica, Tomor Ypi, Thoma Vangjeli, Servet Teufik Agaj, Enver Kulla, Vasil Trebicka, Stavri Kondili, Aristotel Samsuri, mal-kowċ Qemal Omari.

Skënderbeu kienu wkoll tlett finalisti fit-Tazza Albaniża fl-1958, 1965 u 1976, iżda huma tilfuhom it-tlieta l'huma. Huma madankollu rebħu l-Ewwel Diviżjoni Albaniża fl-istaġun 1976-77 kif ukoll tliet darbiet oħra bl-aħħar rebħa fl-istaġun 2008–09 fejn Skënderbeu rebħu d-drittijiet li jimxu fis-Superliga Albaniża fejn dawn qatt ma ħarsu lura. Fit-8 ta' Mejju, 2011 dawn saru ċ-ċampjins kurrenti fis-Superliga Albaniża, grazzi għall-kowċ ddedikati tagħhom ta' Nazzjonalità Ċeka Stanislav Levý u l-iben tal-belt, il-president Agim Zeqo, u l-partitarji. L-akbar kowċis fl-istorja tal-klabb huma Kosta Koça u Aleko Pilika li kienu l-aktar kowċis li għamlu l-aktar suċċess fil-klabb, mal-ewwel tim u tim taż-żgħażagħ.

Domestiċi

immodifika

Kampjonat

  • Superliga Albaniża (1 livell)
    • Rebbieħa (8): 1933, 2010–11, 2011–12, 2012–13, 2013-14, 2014-15, 2015-16, 2017-18
    • Runners-up (3): 1930, 1934, 1976-77
  • L-Ewwel Diviżjoni Albaniża (2 livell)
    • Rebbieħa (3):1975–76,2004–05,2006–07
    • Runners-up (3):1989–90, 1994–95, 2004–05

Tazzi

Kompetizzjonijiet

L-aqwa skorers tal-istaġun

immodifika
Staġun Plejer Gowls
1931   Aristotel Samsuri 7
1933   Servet Teufik Agaj 7
2010–11   Alfredo Rafael Sosa 13
2011–12   Daniel Xhafaj 11
2012–13   Pero Pejić 12

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

immodifika
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat Kwal/Elim
2011–12 UEFA Champions League 2RK   APOEL 0–2 0–4 0–6  
2012–13 UEFA Champions League 2RK   Debrecen 1–0 0–3 1–3  
2013–14 UEFA Champions League 2RK   Neftchi Baku 1–0 (ħs) 0–0 1–0  
3RK   Shakhter Karagandy 3–2 0–3 3–5  
2013–14 UEFA Europa League PO   Chornomorets Odesa 1–0 0–1 1–1 (6–7p)

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Teodor Vaso (2010-11-11). Sporti Shqiptar (ed.). "Todo Vaso, mjeshtri i merituar, rrëfen historinë 80-vjeçare të futbollit korçar" (bl-Albaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  2. ^ Giovanni Armillotta (2009-07-15). Giovanniarmillotta.it (ed.). "Albanian Football Season 1930" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2013-02-12. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  3. ^ Giovanni Armillotta (2009-07-15). Giovanniarmillotta.it (ed.). "Albanian Football Season 1933" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-01-29. Miġbur 2013-02-12. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)