Victoriano Santos Iriarte
(Rindirizzat minn Santos Iriarte)
Victoriano Santos Iriarte (twieled fit-2 ta' Novembru 1902 – miet fl-10 ta' Novembru 1968) kien plejer tal-futbol Urugwajan li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Victoriano Santos Iriarte | ||
Twelid | 2 ta' Novembru 1902 Canelones, Urugwaj | ||
Mewt | 10 ta' Novembru 1968 (66 sena) Montevideo | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1930–1931 | Racing Club | ||
1932–1934 | Peñarol | ||
Tim nazzjonali | |||
1930–1931 | Urugwaj |
Imlaqqam bħala el Canario, mill-isemm ta' belt twelidu, fil-karriera tiegħu lagħab ma' Racing Club u Peñarol. Lagħab mat-tim nazzjonali Urugwajajn fit-Tazza tad-Dinja 1930, fejn skorja żewġ gowls: gowl fis-semifinali kontra l-Jugożlavja (megħluba mill-Urugwaj 6–1) u t-tielet gowl fil-finali kontra l-Arġentina li ta vantaġġ ta' 3–2 lill-Urugwaj. Eventwalment, l-Urugwaj rebħu 4–2 għall-ewwel titlu mirbuħ f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Iriarte lagħab fl-erba' logħbiet tat-Tazza tad-Dinja.
Unuri
immodifikaTim nazzjonali
immodifika- Tazza tad-Dinja: 1930
Ħoloq esterni
immodifika- Victoriano Santos Iriarte – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Victoriano Santos Iriarte fuq National-Football-Teams.com