Gianna Beretta Molla
Gianna Beretta Molla (twieldet fl-4 ta' Ottubru 1922 – mietet fit-28 ta' April 1962) kienet pedjatra Taljana, meqjuma bħala qaddisa tal-Knisja Kattolika.
Gianna Beretta Molla | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Magenta (en) , 4 Ottubru 1922 |
Nazzjonalità |
Italja Renju tal-Italja |
Mewt | Monza, 28 April 1962 |
Post tad-dfin | cemetery of Mesero (en) |
Kawża tal-mewt | (peritonitis (en) ) |
Familja | |
Konjuga/i | Pietro Molla (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pedjatra tabib |
Festa | |
28 ta' April |
Gianna Beretta kienet l-għaxar minn tlettax-il wild ta' Alberto u Maria Beretta: tnejn minn ħutha saru qassisin u oħtha soru. Meta kienet għadha qed tistudja bdiet taħdem mal-foqra u mal-anzjani u ngħaqdet mas-Soċjetà ta' San Vinċenz de Paul.
Gradwat bħala tabiba u kirurgu mill-Università ta' Pavia fl-1949 u fetħet klinika għal rasha sena wara. Reġgħet ingħatat għall-istudju, din id-darba tal-pedjatrija, u meta temmet dan, bdiet taħdem l-iktar mal-ommijiet, mat-trabi, mal-anzjani u mal-foqra. Kienet attiva ħafna fl-Azzjoni Kattolika. Kienet ukoll tħobb ħafna l-iskijjar. Għamlet żmien tikkunsidra jekk tidħolx soru, iżda meta kellha 33 sena żżewġet lil Pietro Molla f'Magenta. Saret omm ta' tlett itfal, iżda kompliet xorta l-karriera tagħha ta' tabiba.
Sitt snin wara li żżewġet, f'Settembru tal-1961, Gianna operawha biex ineħħulha tumur mill-utru li kien qed jikkawżalha ħafna uġigħ u jippressa fuq it-tarbija f'ġufha. "Tlabt ħafna f'dawn il-ġranet. B'fidi u tama fdajt lili nnifsi lill-Mulej… nafda f'Alla, iva; iżda issa rrid naqdi dmiri bħala omm. Inġedded lill-Mulej l-offerta ta' ħajti. Jiena lesta għal kollox, biex insalva lit-tarbija." Fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1962, Gianna daħlet l-isptar biex twelled ir-raba' tarbija. Ftit qabel ħelset qalet lil żewġha: "Jekk tiġi biex tiddeċiedi bejni u t-tarbija, tinkwieta xejn: agħżel – u jien hekk irrid – lit-tarbija, salvaha." Fl-aħħar ġimgħa tat-tqala kienet tgħid: "Dak kollu li Alla jrid".
Il-kirurgu rrakkomandalha li tagħmel abort jekk riedet issalva ħajjitha. Iżda hi ma riditx u mietet ġimgħa wara li welldet lil Emanuela Gianna, nhar it-28 ta' April 1962 fi sptar f'Monza fl-età ta' 40 sena. Il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjara lil Gianna Beretta Molla qaddisa fl-2004.[1] Iċ-ċelebrazzjoni liturġika ssir fit-28 ta' April.
Referenzi
immodifika- ^ "Gianna Beretta Molla (1922-1962)" (bit-Taljan). Il-Vatikan.