Sant'Ambroġju
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Sant'Ambroġju huwa wieħed mill-erba' Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma' Santu Wistin, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Huwa kien isqof ta' Milan u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba' seklu.
Sant'Ambroġju | |
---|---|
Mużajk bikri ta' Ambroġju li jista' jkun ritratt veru. | |
Twelid |
339 Trier, il-Ġermanja |
Mewt |
4 ta' April, 397 Milan, l-Italja |
Kanonizzazzjoni | pre-kongregazzjoni |
L-ikbar santwarju | Bażilika ta' Sant'Ambroġju, Milan, L-Italja |
Festa | 7 ta' Diċembru |
Attributi | Ġarra tan-naħal, tifel, frosta |
Patrun/a | Dawk li jrabbu n-naħal, dawk li jagħmlu x-xema', annimali domestiċi |
Ambroġju twieled fi Trier fil-Ġermanja, parti mill-Imperu Ruman, meta missieru kellu f'idejh il-prefettura tal-Gallja, għall-ħabta tas-sena 340. Kien ġej minn familja aristokratika u Nisranija. Missieru miet qasir il-għomor, u fis-sena 353 ommu ħadet lilu u liż-żewġ ħutu Ruma. Hemm tgħallem ir-rettorika u studja għal avukat. Ħadem bħala avukat fis-sena 368 fil-prefettura ta' Sirmju.
Qrib is-sena 370 hu nħatar konslu tal-Ligurja u tal-Emilja, bis-sede tiegħu f'Milan. Xhieda tat-tmexxija għaqlija tiegħu huwa l-fatt li wara l-mewt tal-Isqof Arjan Awsenzju, waqt li hu bħala konslu tal-provinċja kien qiegħed iżomm l-ordni fost il-popolazzjoni Milaniża mifruda ħabba l-ereżija Arjana, kemm il-Kattolici kif ukoll l-Arjani bdew jgħajtu li riedu lil Ambroġju isir Isqof ta' Milan. Billi kien għadu biss katekumenu, l-ewwel irċieva l-magħmudija u ġimgħa wara ġie ordnat saċerdot, u kkonsagrat isqof, fis-7 ta' Diċembru 374. Dakinhar Ambroġju ta ġidu kollu għall-Knisja u l-foqra ta' Milan. Biex ikun jista' jħejji sewwa, Ambroġju qagħad taħt id-direzzjoni tal-qassis anzjan Simpliċjan li ħarrġu fil-qari u t-tifsir tal-Bibbja (li kellha ssir kollox għal Ambroġju), fit-twemmin tal-fidi nisranija u fil-kitba ta' Missirijiet il-Knisja Griega billi hu kien ġa jaf sewwa l-Grieg. Studja wkoll bosta kitbiet tal-Lhud u ta' awturi pagani bħal Filone u Plotinu.
Fil-bidu tal-episkopat tiegħu hu kellu kuntatti tajbin ħafna mal-Imperatur Valentinjanu I li approva mill-ewwel l-għażla tiegħu bħala Isqof ta' Milan, iżda sena wara Valentinjanu miet fi żmien il-gwerra ta' fuq id-Danubju. Ambroġju sar predikatur qawwi tal-Kelma t'Alla li kien assimila. Meta ma kienx ikun qed jaqdi lin-nies fil-ħtiġjiet tagħhom (dawn kienu jiffurmaw kjuwijiet twal kuljum) kien jinxteħet jistudja l-Iskrittura u jikteb. Fis-sena 377, Ġustina, omm l-Imperatur Grazjanu (375-383), li kien filo-Arjan, riedet tieħu taħt idejha l-knisja ta' Ambroġju. Ambroġju għamel speċi ta' sit-in strike meta żamm in-nies fil-knisja ikantaw bil-lejl u bi nhar. Fost in-nies f'dik il-knisja kien hemm Santa Monika, omm Santu Wistin. Is-suldati ta' Ġustina dawru l-knisja imma wara tlett ijiem kienu ordnati jirtiraw, u hekk il-knisja baqgħet f'idejn l-Isqof Ambroġju. Santu Wistin intlaqat ferm minn dan il-fatt: “li l-Insara kienu lesti jmutu mal-isqof tagħhom” u fi żmien meta Wistin kien għadu xettiku xi ħaġa bdiet tiċċaqlaq fih meta kiteb: "Aħna ukoll, minkejja li konna spiritwalment bierda, ħadna sehem fl-eċitament tal-poplu kollu" (Stqarrijiet 9,7). Iżjed tard Ambroġju iltaqa' ma' Grazjanu u dan talbu jgħallmu l-kredu Niċean. Ir-rabta li nbniet bejn Ambroġju u Grazjanu għenet biex jissaħħaħ l-isforz kattoliku kontra l-Arjaniżmu fl-Imperu.
Fis-sena 383 Grazjanu kien assassinat.
Fis-sena 390 beda jaħkem l-Imperatur Teodosju. Fis-sajf ta' dik is-sena dan ried li jikkastiga lill-poplu ta' Tessalonika minħabba nuqqas ta' ubbidjenza lejh, u għamel massakru sħiħ minnhom. Ambroġju għamel li seta' biex iżomm lill-Imperatur milli jwettaq din il-ħerba, imma ma rnexxielux. Wara li seħħ il-massakru Ambroġju ried li l-Imperatur Teodosju jagħmel penitenza pubblika qabel ma jitħalla jidħol mill-ġdid fil-Knisja u jersaq għas-sagramenti, kif fil-fatt kellu jagħmel.
San Ambroġju miet f'Milan wara marda qasira li qabditu meta kien qed jerġa' lura minn Pavia fil-Vġili tal-Għid tal-4 ta' April tas-sena 397. Kellu inqas minn sittin sena.