San Marino fil-Festival tal-Eurovision

(Rindirizzat minn San Marino fil-Eurovision)

San Marino ipparteċipa darba biss fil-Festival tal-Eurovision, fejn idebutta fl-edizzjoni tal-2008, u mistenni li jagħmel it-tieni preżenza fl-edizzjoni tal-2011 ġewwa Düsseldorf.

San Marino
San Marino
Stazzjon membru SMRTV
Parteċipazzjoni
Dehriet 2
L-ewwel dehra 2008
L-aqwa riżultat 16 SF (2011)
L-agħar riżultat 19 SF (2008)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

F'Ġunju tal-2007, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), l-istazzjon ta' San Marino, indika interess li jingħaqad f'dan il-festival fil-futur. Ħames xhur wara, dan l-istazzjon ikkonferma l-parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision 2008 ta' Belgrad.[1] L-ewwel daħla kienet mill-grupp Miodio, bil-kanzunetta Taljana "Complice". San Marino għandu l-unur li sar il-ħamsin pajjiż li qatt ħa sehem fil-Eurovision, wara d-dehra li għamel fis-semifinali tal-konkors. Madanakollu, Miodio naqsu li jikkwalifikaw għall-finali fejn kisbu biss 5 punti u spiċċa fl-aħħar post.

Oriġinarjament, SMRTV ippjanaw li jkomplu l-avventura fl-edizzjoni tal-2009. Il-Ministru tal-Kultura ta' San Marino ħabbar ftit wara d-debutt li kellhom fl-2008 li huma "għandhom xewqat tajbin li jirritornaw".[2] Madanakollu, SMRTV ħabbru li kienu se jirrevedu l-konkors tal-2008, u fl-aħħar tas-sena jieħdu deċiżjoni fuq il-parteċipazzjoni fl-2009.[3] Wara ħafna għajdut, SMRTV irtiraw mill-edizzjoni tal-2009, minħabba diffikultajiet finanzjarji.[4][5]

SMRTV applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors tal-2011, li aktar tard ġiet ikkonfermata. Ġiet magħżula l-kantanta Senit fejn se tkanta l-kanzunetta "Stand by" fl-ewwel semifinali.

Rappreżentanti

immodifika
Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2008 Miodio "Complice" X X 19 5
2011 Senit "Stand by" X X 16 34
2012 Valentina Monetta The Social Network Song (Oh Oh - Uh Oh Oh) X X 14 31
2013 Valentina Monetta Crisalide (Vola)

Votazzjoni

immodifika
 
Miodio f'Belgrad (2008)

San Marino ta l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1   Greċja 12
2   Iżrael 10
3   Armenja 8
4   Norveġja 7
5   Renju Unit 6

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Exclusive: San Marino in Belgrade confirmed" (bl-Ingliż). ESCToday. 2007-11-12. Miġbur 2007-11-21.
  2. ^ Floras, Stella (2008-06-10). "San Marino: "We have good hopes to return"" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.
  3. ^ "San Marino: State television hopes to participate in 2009 as well" (bl-Ingliż). Oikotimes. 2008-06-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-03. Miġbur 2008-12-18.
  4. ^ Viniker, Barry (2008-12-08). "San Marino not quitting Eurovision!" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.
  5. ^ Barry Viniker (2008-12-18). "San Marino leaves Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-18.