San Injazju ta' Loyola

Injazju ta' Loyola (Bask: Ignazio Loiolakoa, Spanjol: Ignacio de Loyola; c.  23 ta' Ottubru 1491 – 31 ta' Lulju 1556) kien qassis u teologu Bask, li waqqaf is-soċjetà reliġjuża magħrufa bħala s-Soċjetà ta' Ġesù (il-Ġiżwiti) u sar l-ewwel Superjur Ġenerali tagħha. Il-Ġiżwiti servew lill-Papa bħala missjunarji, u huma marbutin b'vot speċjali ta' ubbidjenza lejn il-Papa fejn jidħlu missjonijiet. Kienu forza importanti fi żmien il-Kontro-Riforma.

San Injazju ta' Loyola
1. Superior General of the Society of Jesus (en) Translate

19 April 1541 - 31 Lulju 1556 - Diego Laynez (en) Translate
Ħajja
Isem propju Iñigo López de Oñaz y Loyola
Twelid Holy House (en) Translate, 23 Ottubru 1491, 1 Novembru 1491, c. 24 Settembru 1491, 1491
Nazzjonalità Crown of Castile (en) Translate
Spanja
Residenza Camere di San Ignazio (en) Translate
Mewt Camere di San Ignazio (en) Translate, 31 Lulju 1556
Post tad-dfin Knisja ta' Ġesù
Santa Maria della Strada (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Beltrán II Ibáñez de Loyola
Omm Maria Sáenz de Licona y Balda
Tribù Loyola (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Pariġi
Università t'Alcalá
Collège Sainte-Barbe (en) Translate
Lingwi Bask
Spanjol
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni Qassis fil-Knisja Kattolika
suldat
founder of Catholic religious community (en) Translate
Xogħlijiet importanti Spiritual Exercises of Ignatius of Loyola (en) Translate
Festa
31 ta' Lulju
Servizz militari
Iġġieldu Revolt of the Comuneros (en) Translate
Spanish conquest of Iberian Navarre (en) Translate
Battle of Pamplona (en) Translate

Injazju jibqa' msemmi bħala direttur spiritwali ta' ħila. Il-metodu tiegħu jinsab fl-Eżerċizzji Spiritwali, sett sempliċi ta' meditazzjonijiet, talb u eżerċizzji mentali oħra, mitbugħ għall-ewwel darba fl-1548.

Twieled f'kastell f'Loyola, belt żgħira fuq ix-xmara Urola fil-Biskajja, fi Spanja. Sitt xhur qabel ma twieled, l-armata tar-Re Ferdinandu u Isabella kien irnexxielha tkeċċi lill-Mori minn Spanja u sena biss wara twelidu, Kristofru Kolombu kixef il-kontinent ġdid tal-Amerika.

Missier u omm Injazju, Don Beltram Ibanjez u Dona Marina Sanchez, kellhom familja numeruża ta' tmien subien u ħamest ibniet. Injazju kien is-seba' wieħed fost is-subien. Missier Injazju, Don Beltram, ma kienx ikun fil-kastell. Kien ikun jitqabad mal-armata tar-Re Ferdinandu fil-ġlied tal-Ispanjoli kontra l-Mori. Fid-dar kienet tmexxi kollox Dona Marina, omm Injazju.

Meta Injazju kellu tmien snin, safa ltim minn ommu. Ftit wara, minn Napli waslet l-aħbar ħażina tal-mewt ta' ħuh il-kbir, Juan, li kien qed jiġġieled kontra l-Franċiżi f'Napli. Ħabib tal-familja, Don Juan Velaquez, li kien it-teżorier tar-Re Ferdinandu, offra lil missier Injazju biex jieħu għandu lil Injazju fil-kastell tiegħu ta' Arevalo f'Kastilja biex hemm iħarrġu fis-sengħa nobbli bħala kavallier u Injazju sab ruħu ma' xi żgħażagħ oħra sħabu f'Kastilja fejn dam għaxar snin.

Il-Battalja ta' Pamplona

immodifika

Injazju kien tgħallem sewwa s-sengħa ta' Kavallier, u ingaġġa ma' Don Manrik de Lara kaptan fl-armata u ħabib ta' Ferdinandu. Dan malajr bagħtu jiddefendi belt żgħira fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja, jisimha Pamplona. Il-Franċiżi kienu diġa' dawru Pamplona bir-riġmenti tagħhom u mmiraw għal fuqha mat-tletin kanun.

Fil-battalja, Injazju ntaqat b'balla. Tertqitlu rkobbtu l-leminija u ħadet sbrixx lil siequ x-xellugija. Stabat mal-art u l-Ispanjoli fil-pront tellgħu bandiera bajda bħala sinjal biex jieqaf f'daqqa l-ġlied.

L-infermiera, xħin raw sieq Injazju, qegħdulu l-għadmiet ta' rkopptu f'posthom u rabtuhielu b' faxex twal ma' njama. Meddewh fuq friex merfugħ bejn żewġt ibsaten u telqu bih lejn daru xi sittin mil 'il bogħod. Imma, sa ma wassluh ġewwa Loyola u sa ma waslu tobba mħarrġin minn Burgos, kien laħaq għadda ż-żmien u l-għadam kien beda jagħqad ma' xulxin. It-tobba sabu li l-leminija kienet ftit qasira u kellu għadma mqabbża taħt irkopptu. Beżgħu jmissuh. Imma Injazju insista li ma riedx jibqa' zopp. Reġgħu kisrulu rkopptu biex itawluhielu. Imbagħad dendlulu ma' siequ piż mehmuż bil-lenza u telqu. Il-kura ħadet iktar minn ħames xhur.

Il-Konverżjoni

immodifika

Biex jgħaddi l-ħin kemm dam jiddewwa, Injazju talab lil oħtu Madalen iġġiblu xi rumanz x'jaqra. Għax kellu kilba biex jaqra r-rumanzi kavallereski ta' Amadis u l-maħbuba tiegħu Orjana. Imma f'Loyola ma kienx hemm rumanzi. Fis-senduq sabitlu Ħajja ta' Kristu oriġinarjament miktuba bil-Latin minn Patri Ludolf ta' Sassonja. Sabitlu wkoll ktieb ieħor iżgħar tal-Ħajjiet tal-Qaddisin li fih il-kittieb kien pinġa l-qaddisin bħala kavallieri ta' Kristu.

Injazju beda jaqra l-ewwel dan il-ktejjeb tal-Ħajjiet tal-Qaddisin. Beda jgħid: “Kos, dawn il-qaddisin kienu nies qalbiena! Daqs kavallieri tħabtu għas-sultan tagħhom! Jekk għamel hekk Franġisku u hekk Duminku, l-istess irrid li nagħmel jien għal Kristu. Għax bħal Franġisku mmur ġo l-Art Imqaddsa u bħal Duminku 'l ħadd ma nħalli jkasbar il-ġieħ li jixraq lis-Sultan tas-Slaten!"

Meta fieq għamel pellegrinaġġ lis-Santwarju tal-Madonna f’Montserrat.  Is-sentejn ta’ wara għaddiehom f’Manresa.  Kien f’dawn is-sentejn ta’ talb u ġabra li hu beda jikteb il-ktieb famuż tiegħu ”L-Eżerċizzi Spiritwali”. Fl-1523 telaq minn Manresa u mar jagħmel pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa. 

Meta reġa lura Spanja fl-1524, ra li mingħajr edukazzjoni soda ma setax iwettaq il-missjoni tiegħu, u telaq lejn Barċellona biex jibda jistudja l-Latin.

Fl-1528, mar l-Universita’ ta’ Pariġi.  Hawnhekk iltaqa’ u sar ħabib kbir ma’ sitt studenti li wieħed minnhom kien San Franġisk Saverju, u ieħor San Pietru Faber.

Is-Soċjetà ta' Ġesù

immodifika

Fl-1534, San Injazju u sħabu għamlu l-vot tal-kastita’ u tal-poverta’ fil-kappella ta’ Montmartre, u wegħdu li jmorru jippridkaw il-Vanġelu fil-Palestina u joffru s-servizzi tagħhom dirett lill Papa Pawlu III.  Hekk twaqqfet is-Soċjeta’ ta’ Ġesù, jew il-Ġiżwiti kif huma magħrufin illum.

Fl-1537, San Injazju u l-kumpanni tiegħu li issa kienu saru disgħa, marru Venezja u ġew ordnati saċerdoti.  Billi ma setgħux imorru l-Art Imqaddsa, marru Ruma u offrew lilhom infushom lill-Papa Pawlu III.  Hekk l-Ordni ġie uffiċjalment imwaqqaf fl-1540. Fl-1541, San Injazju ġie magħżul biex ikun l-ewwel Superjur Ġenerali, u għadda l-kumplament ta’ ħajtu f’Ruma, imexxi s-Soċjeta’ ta’ Ġesù.  

L-Aħħar Snin

immodifika

Fil-Kongregazzjoni Ġenerali tal-l551, li ltaqgħet biex tapprova l-Kostituzzjonijiet, talab lid-Delegati biex jirriżenja minn Superjur Ġenerali għal raġunijiet ta' saħħa. Imma d-Delegati ma laqgħux it-talba tiegħu u kellu jkompli jmexxi l-Kumpanija bħala Ġeneral sakemm miet fil-31 ta' Lulju tal-1556. Kellu 65 sena.

F'mewtu, il-Kumpanija kienet tgħodd ftit iżjed minn 1000 ruħ, imqassmin f'aktar minn 100 dar, fi 12-il Provinċja.

Kanonizzazzjoni

immodifika

Ġie ddikjarat Beatu mill-Papa Pawlu V fis-27 ta' Lulju 1609 u ddikjarat Qaddis mill-Papa Gregorju XV fit-12 ta' Marzu, 1622.

Fl-1922, ġie magħżul bħala l-Patrun Speċjali tal-Eżerċizzi Spiritwali u tal-Irtiri.