Ryan Scicluna
Ryan Scicluna (Birkirkara, 30 ta' Lulju 1993) huwa futboler professjonali żagħżugħ Malti li jilgħab bħala midfilder fil-klabb tal-Premier League Malti, Birkirkara. Scicluna huwa parti mit-Tim nazzjonali ta' Malta ta' taħt il-21 sena.
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Ryan Scicluna | ||
Twelid | 30 ta' Lulju 1993 Birkirkara | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.76m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Birkirkara | ||
Numru | 21 | ||
Klabbs ġovanili | |||
2005−2010 | Birkirkara | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2010− | Birkirkara | 61 | (8) |
Tim nazzjonali | |||
2011− | Malta U-21 | 5 | (1) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 13:25, 30 ta' Ottubru 2013 |
KarrieraImmodifika
Scicluna huwa prodot ta' Birkirkara FC. Mill-ewwel jum tal-karriera tal-futbol tiegħu huwa lagħab bil-flokk isfar u aħmar. Hija tiġi bħala sorpriża li Scicluna huwa plejer li jonora l-flokk b'determinazzjoni massima. Scicluna huwa meqjus bħala midfielder tekniku, huwa mmexxi sabiex jikseb il-ħolma tiegħu, meta kien fl-età ta' 16-il sena, huwa kien inkluż bħala sostitut ma Birkirkara. Scicluna kien deher l-ewwel darba bħala parti mill-iskwadra tal-kbar taħt il-gwida ta' Paul Żammit u minkejja l-età żgħira tiegħu, huwa sab biżżejjed opportunitajiet biex jħalli l-marka tiegħu. Id-debutt tiegħu fil-Premier League Malti wasal fid-9 ta' Jannar 2010 meta t-tim tiegħu rebaħ 2-0 kontra Dingli Swallows. Huwa ġie kontinwament plejer tajjeb mhux bi ftit u hu dejjem jikkontribwixxi l-massimu tiegħu, kemm jekk fil-sessjonijiet ta 'taħriġ jew fil-logħbiet tal-kampjonat premier, irrispettivament minn jekk huwiex jilgħab jew fuq il-bank, dejjem ssapportja lil sħabu tat-tim. L-ewwel sena mat-tim tal-kbar, Scicluna kellu l-privileġġ li jesperjenza l-ewwel rebħa tiegħu fil-kampjonat premier, fit-30 t'April 2010, Birkirkara kienu ddikjarati Ċampjins għall-istaġun 2009-2010 filwaqt li ħamest ijiem wara, fil-5 ta' Mejju, l-istripes rċevew it-titolu ferm mistħoqq, li jibbenefika t-tim kollu, inkluż ix-xogħol iebes ta' Scicluna matul l-istaġun. Fil-Kompetizzjonijiet tal-UEFA, Scicluna kien inkluż bħala sostitut fl-aħħar ħames minuti tar-rebħa storika kontra MŠK Žilina fit-13 ta' Lulju. L-ewwel gowl ta' Scicluna wasal kontra Marsaxlokk meta Birkirkara rebħu 3-2.
UnuriImmodifika
Ħoloq esterniImmodifika
- Profil fuq is-sit ta' Birkirkara
- Statistika fuq transfermarkt