Roman Kienast
Roman Kienast (Saliżburgu, 29 ta' Marzu 1984) huwa plejer tal-futbol Awstrijakk li jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 29 ta' Marzu 1984 Saliżburgu, Awstrija | ||
Tul | 1.90 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1989–1999 | ASV Vösendorf | ||
1999–2002 | Rapid Wien | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2001–2004 | Rapid Wien Amateure | ||
2002–2006 | Rapid Wien | ||
2004–2005 | → SC Rheindorf Altach (self) | ||
2006–2009 | Ham-Kam | ||
2008 | → Helsingborgs IF (self) | ||
2010–2012 | Sturm Graz | ||
2012–2015 | Austria Wien | ||
2015–2017 | Sturm Graz | ||
2017–2018 | FC Wil | ||
2018–2019 | Wiener Neustadt | ||
2019–2020 | SV Stripfing | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2007 | Awstrija U-21 | ||
2007–2011 | Awstrija |
Karriera
immodifikaKienast issieħeb fit-tim taż-żgħażagħ ta' Rapid Wien fl-età ta' 14-il sena. Huwa għamel id-debutt mat-tim tal-kbar fl-2002. Fiż-żewġ staġuni ta' wara, huwa għamel 24 apparenza fil-Bundesliga Awstrijaka, iżda ma skorja l-ebda gowl. Fl-2004, ġie misluf lil Rheindorf Altach, allura niżel jilagħab fl-Ewwel Diviżjoni Awstrijaka (it-tieni livell). Wara li skorja 4 gowls f'6 logħbiet, kien malajr issejjaħ lura ma' Rapid. Matul il-bqija tal-istaġun huwa għamel 21 dehra mat-tim ta' Vjenna, u finalment irnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Bundesliga. L-istaġun spiċċa fil-glorja għat-tim hekk kif rebaħ it-titlu tal-kampjonat.
Eżatt qabel il-bidu tal-istaġun 2006, Kienast mar b'self mal-klabb Norveġiż ta' Hamarkameratene (Ham-Kam). Wara prestazzjonijiet konvinċenti matul l-ewwel nofs tal-istaġun Ham-Kam iddeċidew li jixtruh. Madankollu, ma rnexxielux jipprevjeni lit-tim milli jaqa' għal dak l-istaġun. Fl-istaġun ta' wara, Ham-Kam ġew promossi lura għall-Premier League Norveġiż, b'Kienast jilgħab parti integrali fil-kampanja billi jiskorja 14-il gowl.[1]
Mis-27 ta' Mejju, 2008, Kienast ma skorjax matul l-istaġun 2008 fir-rimonta ta' Ham-Kam għat-tiġrija lura lejn l-ogħla livell.
Fil-31 ta' Lulju 2008, Kienast ġie trasferit ma' Helsingborgs IF ta' Allsvenskan fl-Iżvezja fuq self għall-bqija tas-sena bl-għażla li jixtruh.
Internazzjonali
immodifikaKienast huwa plejer regolari fl-iskwadra Awstrijaka u s'issa lagħab 6 darbiet għal pajjiżu. Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar fis-27 ta' Mejju f'logħba ta' ħbiberija kontra n-Niġerja. Wara dik il-logħba, il-kowċ Josef Hickersberger għażlu fl-iskwadra finali għall-Kampjonati Ewropej tal-2008.[2]
Ħajja personali
immodifikaRoman huwa bin l-eks-plejer ta' Rapid Wien, Wolfgang Kienast u n-neputi tal-eks-futboler Awstrijak internazzjonali Reinhard Kienast.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Rapid Wien
- Bundesliga: 2005
- Sturm Graz
- Bundesliga: 2011
Referenzi
immodifika- ^ "Kienast – Ham-Kam presentation". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-06. Miġbur 2013-02-27.
- ^ "Kienast included in Austria's Uefa Euro squad". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-11. Miġbur 2013-02-27.
Ħoloq esterni
immodifika- Roman Kienast fuq National-Football-Teams.com