Pietru Pawl Busuttil

Pietru Pawl Busuttil (1944 - 28 ta' Ġunju, 2017) f'Diċembru tal-1986 kien ġie ffrejmjat għall-qtil ta' Raymond Caruana. Eventwalment huwa serva bħala sindku ta' Ħal Safi għal 18-il sena.

Pietru Pawl Busuttil
Ħajja
Twelid 1944
Nazzjonalità Malta
Mewt 28 Ġunju 2017
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
sindku

Il-każ tal-Frame-up

immodifika

Il-Pulizija marru jħabbtulu d-dar u qalulu biex joħodhom fir-razzett tiegħu. Hemmhekk kienu ġew moħbijin il-machine gun li ntużat fil-qtil ta' Raymond Caruana u ammont ta' kannabis, flimkien ma' boiler suit u xi bullets. Dawn l-oġġetti kienu tpoġġew hemm minn persuni oħra biex meta l-Pulizija jsibuhom, jeħel Pietru Pawl Busuttil għall-qtil ta' Raymond Caruana.

Raymond Caruana kien ġie maqtul xi jiem qabel meta kien qiegħed ġol-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja għal riċeviment, u mit-triq għaddiet karozza li minnha ġew sparati diversi tiri lejn il-każin. Tir minnhom kien laqat lil Raymond Caruana u qatlu fuq il-post.

Ftit wara l-Qorti kienet sabet lil Pietru Pawl Busuttil kompletament innoċenti u ordnat li jingħata kumpens ta' Lm40,000. Ir-reat għadu mhux solvut sal-lum il-ġurnata.

Politika

immodifika

Pietru Pawl Busuttil dam iservi bħala sindku ta' Ħal Safi għal 18-il sena.

Huwa miet fl-età ta' 73 sena, fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo wara li kien ilu xi żmien jiġġieled il-kanċer.