Pangolin
Pangolin huwa mammiferu insettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela tal-qxur u wikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8 speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb.
Pangolini | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | *Manis crassicaudata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Laurasiatheria |
Ordni: | Pholidota Weber, 1904 |
Familja: | Manidae Gray, 1821 |
Ġeneru: | Manis Linnaeus, 1758 |
Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.
Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.
Klassifikazzjoni
immodifikaIl-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Edentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebh li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri tal-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom.
- Ordni Pholidota
- Familja Manidae
- Sottofamilja Maninae
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Manis
- Pangolin Indjan, Manis crassicaudata
- Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla
- Sottoġeneru Manis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Paramanis
- Pangolin Malajan, Manis javanica
- Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis
- Sottoġeneru Paramanis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Smutsia
- Pangolin Ġgant, Manis gigantea
- Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii
- Sottoġeneru Smutsia
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Phataginus
- Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis
- Sottoġeneru Phataginus
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Uromanis
- Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla
- Sottoġeneru Uromanis
- Ġeneru Manis
- Sottofamilja Maninae
- Familja Manidae
Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta bħala sottordni, flimkien ma' bosta sottordnijiet ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma l-aħħar rappreżentanti ħajjin tal-ordni Cimolesta.
- Ordni Cimolesta
- Sottordni Pholidota
- Familja Manidae
- Sottofamilja Maninae
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Manis
- Pangolin Indjan, Manis crassicaudata
- Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla
- Sottoġeneru Manis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Paramanis
- Pangolin Malajan, Manis javanica
- Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis
- Sottoġeneru Paramanis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Smutsia
- Pangolin Ġgant, Manis gigantea
- Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii
- Sottoġeneru Smutsia
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Phataginus
- Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis
- Sottoġeneru Phataginus
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Uromanis
- Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla
- Sottoġeneru Uromanis
- Ġeneru Manis
- Sottofamilja Maninae
- Familja Manidae
- Sottordni Pholidota
Tassonomija
immodifika- Ordni Pholidota
- Familja incertae sedis
- Ġeneru Arcticanodon (Rose et al, 2004)
- Arcticanodon dawsonae (Rose et al, 2004)
- Ġeneru Melaniella (Fox, 1984)
- Melaniella timosa (Fox, 1984)
- Ġeneru Tubulodon (Jepsen 1932) Estint
- Tubulodon atopum (K.D.Rose et al. 1991)
- Tubulodon pearcei (K.D.Rose et al. 1991)
- Tubulodon taylori (Jepsen 1932)
- Tubulodon woodi (K.D.Rose et al. 1991)
- Ġeneru Arcticanodon (Rose et al, 2004)
- Familja Epoicotheriidae Estinta
- Ġeneru Amelotabes (Rose, 1978)
- Amelotabes simpsoni (Rose, 1978)
- Ġeneru Dipassalus
- Ġeneru Epoicotherium (Simpson,1927)
- Epoicotherium unicum (Douglass,1905)
- Ġeneru Tetrapassalus (Simpson,1959)
- Tetrapassalus mckennai (Simpson,1959)
- Tetrapassalus proius (West,1973)
- Ġeneru Xenocranium
- Ġeneru Amelotabes (Rose, 1978)
- Familja Escavadodontidae Estinta
- Ġeneru Escavadodon (Lucas & Rose,2000)
- Escavadodon zygus (Lucas & Rose,2000)
- Ġeneru Escavadodon (Lucas & Rose,2000)
- Familja Metacheiromyidae Estinta
- Ġeneru Brachianodon
- Ġeneru Metacheiromys (Wortman,1903)
- Metacheiromys marshi (Wortman,1903)
- Metacheiromys tatusia (Osborn,1904)
- Metacheiromys dasypus (Osborn,1904)
- Metacheiromys osborni (Simpson,1931)
- Ġeneru Mylanodon
- Ġeneru Palaeanodon (Matthew,1918)
- Palaeanodon parvulus (Matthew,1918)
- Palaeanodon ignavus
- Palaeanodon nievelti
- Ġeneru Propalaeanodon (Rose,1979)
- Propalaeanodon schaffi (Rose,1979)
- Familja Manidae
- Sottofamilja Eurotamanduinae
- Ġeneru Eurotamandua
- Sottofamilja Maninae
- Ġeneru Eomanis
- Eomanis krebsi (Storch & Martin, 1994)
- Eomanis waldi (Storch, 1978)
- Ġeneru Necromanis
- Ġeneru Patriomanis (Emry, 1970)
- Patriomanis americana (Emry, 1970)
- Ġeneru Cryptomanis (Gaudin et al, 2006)
- Cryptomanis gobiensis (Gaudin et al, 2006)
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Manis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Paramanis
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Smutsia
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Phataginus
- Ġeneru Manis
- Sottoġeneru Uromanis
- Ġeneru Eomanis
- Sottofamilja Eurotamanduinae
- Familja incertae sedis
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Pangolin |
Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Pholidota |