Il-Papa Piju X (Latin: Pius PP. X) (2 Ġunju 1835 – 20 Awissu 1914), imwieled Giuseppe Melchiorre Sarto, kien il-257 Papa tal-Knisja Kattolika, li serva bejn l-1903 u l-1914, wara Papa Ljun XIII (1878–1903). Kien Papa pastorali li ħeġġeġ il-qdusija personali u stil ta' ħajja li jirrifletti l-valuri Insara.

Papa Piju X
257. Papa

4 Awwissu 1903 - 20 Awwissu 1914
Papa Ljun XIII - Benedict XV (en) Translate
patriarch of Venice (en) Translate

15 Ġunju 1893 - 4 Awwissu 1903
Domenico Agostini (en) Translate - Aristide Cavallari (en) Translate
Dioceses: Patriarchate of Venice (en) Translate
kardinal

12 Ġunju 1893 -
Roman Catholic Bishop of Mantova (en) Translate

10 Novembru 1884 -
Giovanni Maria Berengo (mul) Translate - Paolo Carlo Francesco Origo (en) Translate
Dioceses: Roman Catholic Diocese of Mantua (en) Translate
chancellor (en) Translate

1875 - 10 Novembru 1884
kanoniku

1875 - 10 Novembru 1884
parson (en) Translate

1867 - 1875
vicar (en) Translate

18 Settembru 1858 - 1867
Ħajja
Isem propju Giuseppe Melchiorre Sarto
Twelid Riese Pio X (en) Translate, 2 Ġunju 1835, 1835
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Mewt Palazz Appostoliku, 20 Awwissu 1914
Post tad-dfin Bażilka ta' San Pietru
Vatican Grotto (en) Translate
Tomb of Pius X (en) Translate
Chapel of the Presentation (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Familja
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
transitional deacon (en) Translate
Isqof Kattoliku
Parteċipant
Post tax-xogħol Ruma
Stati Papali
Premjijiet
Festa
21 ta' Awwissu

Ġużeppi Sarto twieled fir-raħal ta’ Riese, fl-Italja ta’ fuq. Missieru kien iżżewweġ kbir meta kellu 43, iżda ommu kienet għadha fl-aħjar tagħha ta’ 22 sena. Wara sena kellhom tarbija iżda mietet għaxart ijiem wara. Wara kellhom tifel ieħor li semmewh Ġużeppi li twieled fit-2 ta’ Ġunju 1835 u għammduh l-għada. Margerita kellha tmint itfal oħra, żewġ subjien u sitt ibniet. Lil Ġużeppi laqqmuh “Bepi” u hekk baqgħu jsejħulu ħutu bejniethom anki meta kien Kardinal Patrijarka. Il-kappillan tar-raħal kellem lil tal-familja biex it-tifel ikompli jistudja. Ma sabux diffikultà ħlief li ma kellhomx flus. Irranġawlu li jmur Castel Franco.

Kappillan f’Salzano (1867-1875)

immodifika

Kien ordnat saċerdot fit-18 ta’ Settembru 1858. Dam ħafna kurat. Fl-aħħar, fit-14 ta’ Lulju 1867, bagħat għalih l-isqof u ħatru kappillan tal-parrocċa importanti ta’ Salzano b’elfejn ruħ u tliet kurati. Għamel pjan għall-appostolat tiegħu: l-ewwel punt kien li kellu jżur kull familja, anki dawk li kienu Lhud u l-iktar lil dawk li kienu magħrufa bħala kontra l-Knisja. Fl-1873 faqqgħet il-kolera; il-kappillan baqa’ jdur bil-parruċċani tiegħu li ħadu din il-marda. Fix-xitwa tal-1868 beda skola tal-Latin u tal-mużika sagra. L-ikbar taħbit il-moħħ li kellu kien għall-fqar. Kulma kien jiddobba: qamħ,injam, frott, kollox kien għalihom. Ġie li anki ddejjen minħabba fihom. Kien magħżul kap tal-Għaqda tal-Karità li kienet tieħu ħsieb 200 foqra fil-belt. Sena wara sar il-Kap tal-Kumitat tal-iskola.

Isqof u Kardinal

immodifika

Kien ikkonsagrat isqof ta’ Mantova fl-1884. Papa Ljun XIII ħatru Kardinal ta’ Venezja. F'din il-kariga wera kemm kien bniedem żelanti u ta' ħila amministrattiva.

Fil-Konklavi tal-1903 Rampolla kien fuq quddiem nett iżda l-Awstrija użat il-veto tagħha kontrih u l-kardinali daru ghal Sarto. Aċċetta kontra qalbu u ħa l-isem ta’ Piju X.

Ir-Repubblika Franċiża

immodifika

Ir-Repubblika Franċiża kienet qed tagħmel gwerra lill-Knisja. Il-gvern issoppressa l-ordnijiet reliġjużi, attakka l-edukazzjoni reliġjuża u fl-1905 filwaqt li attakka il-Konkordat, issepara l-Istat mill-Knisja u ħadilha l-proprjeta’ taghha. Piju X ma tax permess lill-Kattolici biex ikunu membri tal-assocjazzjonijiet imwaqqfa mill-gvern biex imexxu l-knejjes. Imma fl-ahhar il-gvern ceda xi ftit dawn ir-restrizzjonijiet u ghalkemm il-knisja ftaqret, kienet kapaci timxi 'l quddiem.

Moderniżmu

immodifika

Xi qassisin kienu qed ixerrdu l-idea tal-Moderniżmu fil-Knisja. Bil-kitba tieghu “Pascendi” u “Lamentabilis” Piju X hadha qatta ba habel kontra l-Modernizmu u talab mis-sacerdoti gurament kontra l-moderniżmu.

Bhala motto kellu “niggeddu fi Kristu”. U hu ghamel kull sforz biex jghix dak li jemmen. Irriforma l-muzika tal-knisja kif ukoll il-qorti papali u s-seminarji. Anke il-brevjar sab ir-riforma tieghu taht il-papat tieghu.

Kodiċi tal-Liġi Kanonika

immodifika

Fl-1904 għamel biċċa xogħol kbira li kienet iżjed diffiċli. Din kienet il-kodifikazzjoni tal-liġijiet tal-Knisja. Piju X kellu moħħ organizzattiv. Dan kollu għen biex jagħti bidu għal din il-biċċa xogħol iebsa li r-riżultat tagħha tfaċċa tliet snin wara mewtu u li baqa’ jservi l-Knisja sal-Kodiċi ta' żmien Papa Ġwanni Pawlu II.

L-Ewkaristija

immodifika

Papa Piju X, minn rajh, biddel l-idea, li ftit jew wisq kienet Ġansenista, li minħabba fiha ħafna nies kienu jibżgħu jersqu għas-sagrament tat-tqarbin ta’ sikwit. Bl-awtorità tiegħu ħeġġeġ lin-nies li jersqu ghat-tqarbin ta’ spiss u anki ta’ kuljum, u ried ukoll li t-tfal jagħmlu l-ewwel tqarbina malli jkollhom għaqal biżzejjed biex jagħrfu jiddistingwu l-ħobż ordinarju mill-Ewkaristija.

Il-Katekiżmu

immodifika

Ħaġa oħra li ried il-Papa kienet li jirranġa l-istat tad-duttrina fil-parroċċi. Il-Papa nnifsu ħejja test ta’ Katekiżmu li kellu jintuża mal-Italja kollha u li ġie ppublikat sentejn qabel ma miet.

Riforma tal-Mużika

immodifika

Il-mużika sagra kien iħobbha minn mindu kien għadu seminarista. Malli laħaq Papa ntefa’ b’ruħu u b’ġismu għar-riforma tal-mużika. Għamel kulma seta’ biex iġedded il-mużika tal-Knisja. Il-motu proprju Tra le Solecitudini juri kemm ħadem għal dan il-għan.

Miet fl-20 ta’ Awwissu 1914. Papa Piju XII ikkanonizzah fid-29 ta’ Mejju 1954.