Norman Lowell
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Norman Lowell (twieled: 29 ta' Lulju 1946) huwa l-fundatur tal-moviment politiku Malti, Imperium Europa, liema moviment ġie fundat fl-2000. Imperium Europa jħaddan politika liberali li taċetta l-kulhadd Lowell ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju, 2004, fejn ġab 1,603 vot mal-ewwel għadd.
Norman Lowell | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tal-Pietà, 29 Lulju 1946 (78 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Residenza | Ħ'Attard |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | politiku |
Riċentement, Lowell kien involut f'kampanji kontra l-immigrazzjoni ilegali li qed tiffaċja Malta, kif ukoll f'kampanja favur il-libertà tal-kelma u l-espressjoni. Fit-30 ta' Ġunju, 2005 huwa ġie akkużat b'instigazzjoni ta' mibgħeda razzjali u razziżmu minħabba l-viżjoni politika tiegħu, wara xi intervisti li dehru fis-sit Malti ta' satira politika, Maltafly.
Norman Lowell huwa bankier kwalifikat, espert tal-arti marzjali (huwa l-fundatur ta' Ch'uan Shu f'Malta) kif ukoll pittur fl-istil Dionysian action painting.
Lowell kiteb ukoll żewġ kotba li jitrattaw l-ideali politiċi tiegħu. Dawn huma Credo - a book for the very few u Imperium Europa - a book that changed the world.
Ħoloq esterni
immodifika- Sit uffiċjali ta' Imperium Europa
- Forum ta' VivaMalta.org, moviment nazzjonalist/patrijott affiljat ma' Imperium Europa