Ninu Cremona

lingwista u kittieb Malti minn Għawdex

Ninu Cremona (Rabat, Għawdex, 27 ta' Mejju 1880 – 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista u kittieb Malti.

Ninu Cremona
Ħajja
Twelid Rabat, 27 Mejju 1880
Nazzjonalità Malta
Mewt Rabat, 4 Jannar 1972
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Bijografija

immodifika

Ninu Cremona, magħruf bħala Is-Sur Nin, kien bin Feliċ u Margaret Pace mwielda fil-Munxar, Għawdex. Missieru miet meta Ninu kellu ħames snin u sentejn wara mar jgħix ma' zijuh f'Tuneż u wettaq l-edukazzjoni tiegħu fi skola tal-Freres u wara fil-kulleġġ Saint-Charles.[1] Meta kellu tmien snin ġie lura Malta u fl-1898 mar is-Seminarju ta' Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.[2]

Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta' Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli għat-traduzzjonijiet u għall-pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta' filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.

Ħidma b'risq l-ilsien Malti

immodifika
 
Ninu Cremona bil-korteżija tal-Akkademja tal-Malti

Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti.[3] Kien Viċi President tagħha u wieħed mill-edituri ta' Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. L-ikbar sehem tiegħu b'risq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li ħareġ fl-1924.

Xogħlijiet

immodifika

Dramm

  • Il-Fidwa tal-Bdiewa, dramm mibni fuq l-istruttura klassika tal-Griegi.

Poeżija

  • Weraq mar-Riħ (1932)
  • Rand u Rihan (1945)
  • Mis-Siġra ta' Ħajti (1970)

Novelli

  • Ktajjen Maqtugħa (1968)

Lingwistika

  • X'inhu l-Malti Safi (1925)
  • A Manual of Maltese Orthography and Grammar (1929)
  • Tagħlim fuq il-Kitba Maltija (1935, 1938)
  • A Historical Review of the Maltese Language (1945)

Riċerka

  • Mikiel Anton Vassalli u Żminijietu (1937), bijografija li ġiet tradotta minn May Butcher, Vassalli and his times fl-1940.
  • L'Antica Fondazione della Scuola di Lingua Araba in Malta (1955)
  • La Marina Maltese dal Medio Evo all'Epoca Moderna (1964)

Folklor

  • Maltese Funeral Customs (1922)
  • Race, Language, and Myth (1922)
  • Mourning and Funeral Customs in Malta (1923)
  • Some Myths and Beliefs in Maltese Folklore (1923)
  • Weather and Husbandry Lore in the Isles of Malta (1925)
  • Is the Maid of Mosta a Myth? (1934)
  • Folklore u Lsien Malti (1944).

Fl-1970, Cremona ppubblika ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ta' proża f'Antoloġija ta' Proża Maltija.

Titli u unuri

immodifika
  • Il-Midalja tad-Deheb Ġużè Muscat Azzopardi (1946)
  • Dottorat Honoris Causa fil-Letteratura għall-ħidma kbira tiegħu fil-qasam letterarju, grammatikali u xjentifiku tal-ilsien Malti, mill-Università Rjali ta' Malta (1960)
  • Fil-21 ta’ Settembru 1969 ingħata l-Midalja tal-Fidda tal-Mertu mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċiviċi. Fl-40 anniversarju ta’ mewtu, ġiet organizzata wirja dwar ħajtu u x-xogħol tiegħu fil-Banca Giuratale.[4]

Referenzi

immodifika
  1. ^ A. J. Arberry (1960). Maltese Anthology.
  2. ^ Thomas Stolz (15 June 2012). ILSIENNA - Our Language- Vol. 2, 2012. Brockmeyer Verlag. pp. 106–. ISBN 978-3-8196-0857-5.
  3. ^ Manwel Mifsud (1995). Loan Verbs in Maltese: A Descriptive and Comparative Study. BRILL. pp. 31–. ISBN 90-04-10091-1.
  4. ^ "Exhibition marking 40th anniversary of Ninu Cremona' death" (bl-Ingliż). 2011-12-30. Miġbur 2021-05-16.

Ħoloq esterni

immodifika