Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/22 ta' Lulju
22 ta' Lulju:
- 1099 – L-Ewwel Kruċjata: Goffredu ta' Bouillon inħatar l-ewwel difensur tal-Qabar Imqaddes tar-Renju ta' Ġerusalemm.
- 1456 – Il-Gwerer Ottomani fl-Ewropa: L-Assedju ta' Belgrad – János Hunyadi, reġġent tar-Renju tal-Ungerija għeleb lil Meħmet II tal-Imperu Ottoman.
- 1812 – Il-Gwerer Napoleoniċi: Il-Gwerra tal-Indipendenza Spanjola – il-Battalja ta' Salamanca – il-qawwiet Brittaniċi mmexxija minn Arthur Wellesley (li aktar tard sar id-Duka ta' Wellington) għelbu t-truppi Franċiżi ħdejn Salamanca, Spanja.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1784 - Friedrich Bessel, matematiku u astronomu Ġermaniż (m. 1846)
- 1882 - Edward Hopper, pittur Amerikan (m. 1967)
- 1887 - Gustav Ludwig Hertz, fiżiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1975)
Mietu f'dan il-jum...
- 1932 – Errico Malatesta (stampa), anarkista Taljan (t. 1853)
- 1968 – Giovannino Guareschi, ġurnalista Taljan (t. 1908)
- 2004 – Sacha Distel, kantant Franċiż (t. 1933)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Marija Maddalena u ta' San Ċirillu ta' Antijokja.