Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/20 ta' April
20 ta' April:
- 1453 – Saret l-aħħar battalja navali fl-istorja Biżantina meta tliet galeri Ġenoviżi jeskortaw merkanzija Biżantina rnexxielhom jgħaddu minn imblokk kbir Ottoman u daħlu fil-Qarn tad-Deheb.
- 1689 – Ir-re depost Ġakbu II tal-Ingilterra, assedja l-belt ta' Derry fl-Irlanda.
- 1902 – Pierre u Marie Curie irraffinaw il-kloridu tar-radju.
Twieldu f'dan il-jum...
- 571 – Muħammed, (data tradizzjonali) profeta u fundatur tal-Iżlam (m. 632)
- 1889 – Adolf Hitler, dittatur Nazista Ġermaniż (m. 1945)
- 1893 – Joan Miró (stampa), pittur Spanjol (m. 1983)
Mietu f'dan il-jum...
- 1912 – Bram Stoker, awtur Irlandiż (t. 1847)
- 1932 – Giuseppe Peano, matematiku Taljan (t. 1858)
- 1918 – Karl Ferdinand Braun, fiżiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1850)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Agnese Segni ta' Montepulciano.