Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/15 ta' Awwissu
15 ta' Awwissu:
- 1248 – Tqegħdet l-ewwel ġebla tal-Katidral ta' Kolonja, mibni biex jitqegħdu fih ir-relikwi tas-Slaten Maġi. Il-bini tlesta fl-1880.
- 1309 – Il-belt ta' Rodi ċediet lill-forzi tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Il-Kavallieri stabbilixxew il-kwartieri ġenerali tagħhom fuq il-gżira u taw ruħhom l-isem ġdid ta' Kavallieri ta' Rodi.
- 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: L-Operazzjoni Pedestal – L-SS Ohio waslet fil-gżira ta' Malta bilkemm iżomm fil-wiċċ mgħobbija bi provista ta' karburanti vitali għad-difiża tal-gżira.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1769 – Napuljun Bonaparti, Imperatur ta' Franza (m. 1821)
- 1771 – Walter Scott, rumanzier u poeta Skoċċiż (m. 1832)
- 1892 – Louis de Broglie, fiżiku Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1987)
Mietu f'dan il-jum...
- 1936 – Grazia Deledda (stampa), kittieba Taljana, rebbieħa tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1871)
- 1951 – Artur Schnabel, pjanista Pollakk (t. 1882)
- 1967 – René Magritte, pittur Belġjan (t. 1898)
Kommemorazzjonijiet...
Festa f'ħafna pajjiżi tal-Ewropa. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Imqaddsa Verġni Marija, waqt li l-Knisja Ortodossa u dik Kattolika tar-rit Biżantin tiċċelebra l-festa analoga tal-Irqad ta' Marija.