Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/13 ta' Mejju
13 ta' Mejju:
- 1846 – L-Istati Uniti ddikjaraw gwerra fuq il-Messiku wara sensiela ta' kunflitti fuq il-kwistjoni dwar l-annessjoni ta' Texas mal-Istati Uniti fl-1845 u bdiet il-Gwerra Messikana-Amerikana.
- 1917 – Madonna ta' Fatima: Lúcia Santos ta' għaxar snin u l-kuġini tagħha Francisco u Jacinta Marto stqarrew li kienu raw il-Madonna qrib Fátima, fil-Portugall.
- 1981 – Mehmet Ali Ağca spara u darab serjament lil Papa Ġwanni Pawlu II fi Pjazza San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1717 – Marija Tereża tal-Awstrija, imperatriċi tal-Imperu Qaddis Ruman (m. 1780)
- 1882 – Georges Braque, pittur Franċiż (m. 1963)
- 1940 – Bruce Chatwin, kittieb Brittaniku (m. 1989)
Mietu f'dan il-jum...
- 1832 – Georges Cuvier (stampa), naturalista Franċiż (t. 1769)
- 1930 – Fridtjof Nansen, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (t. 1861)
- 1961 – Gary Cooper, attur Amerikan (t. 1901)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Madonna ta' Fatima, André-Hubert Fournet, Santa Maria Domenica Mazzarello u San Pietru Nolasco.