Missjonijiet ta' San Antonio
Il-Missjonijiet ta' San Antonio (bl-Ingliż: San Antonio Missions) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-inħawi ta' San Antonio, Texas, l-Istati Uniti. Dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn ħames missjonijiet, ranch storiku, u proprjetajiet relatati. Dawn il-postijiet ġew stabbiliti fil-bidu tas-seklu 18 mill-ordnijiet reliġjużi Kattoliċi biex jifirxu l-Kristjaneżmu fost in-nattivi lokali. Dawn il-missjonijiet kienu jiffurmaw parti mis-sistema ta' kolonizzazzjoni ta' Spanja l-Ġdida li ġiet estiża tul il-Grigal Messikan fis-sekli 17, 18 u 19. Bl-indipendenza ta' Texas u l-Gwerra bejn il-Messiku u l-Amerka, dawn il-missjonijiet saru parti mill-Istati Uniti fl-1848.
Il-Missjonijiet ta' San Antonio tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.[1] Id-disinni arkitettoniċi tagħhom jgħaqdu flimkien il-kulturi Spanjoli u Coahuiltec, u jinkludu simboli Kattoliċi u disinni indiġeni. Jinkludu wkoll il-fdalijiet ta' sistemi tad-distribuzzjoni tal-ilma, b'taħlita ta' kulturi indiġeni u tal-kolonizzaturi.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Missjonijiet ta' San Antonio ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".[1]
Komponenti
immodifikaRitratt | ID[2] | Missjoni | Post f'San Antonio | Koordinati | Erja tal-proprjetà | Żona ta' lqugħ |
---|---|---|---|---|---|---|
1466-001 | Il-Missjoni ta' Espada | Il-Park Storiku Nazzjonali tal-Missjonijiet ta' San Antonio | 29°19′04″N 98°27′00″W / 29.317833°N 98.449968°W | 94.7 ettaru (234 akru) | 2,068 ettaru (5.11 akri) | |
1466-002 | Il-Missjoni ta' San Ġwann Capistrano | Il-Park Storiku Nazzjonali tal-Missjonijiet ta' San Antonio | 29°19′58″N 98°27′19″W / 29.332687°N 98.455289°W | 130.5 ettaru (322 akru) | Mhux disponibbli | |
1466-003 | Il-Missjoni ta' San Ġużepp | Il-Park Storiku Nazzjonali tal-Missjonijiet ta' San Antonio | 29°21′44″N 98°28′47″W / 29.36222°N 98.47972°W | 20.6 ettaru (51 akru) | Mhux disponibbli | |
1466-004 | Il-Missjoni tal-Kunċizzjoni | Il-Park Storiku Nazzjonali tal-Missjonijiet ta' San Antonio | 29°23′25″N 98°29′30″W / 29.390318°N 98.491799°W | 13.3-il ettaru (33 akru) | Mhux disponibbli | |
1466-005 | Il-Missjoni ta' Valero (l-Alamo) | Id-Distrett Storiku tal-Pjazza ta' Alamo | 29°25′33″N 98°29′10″W / 29.42583°N 98.48611°W | 1.7 ettaru (4.2 akri) | Mhux disponibbli | |
1466-006 | Rancho de las Cabras | Fix-Xlokk ta' San Antonio qrib Floresville | 29°05′42″N 98°10′00″W / 29.095°N 98.1666667°W | 40 ettaru (99 akru) | Mhux disponibbli |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "San Antonio Missions". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-06.
- ^ "San Antonio Missions Multiple Locations". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-06.